Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta’ Jannar 2009

27 ta' Jannar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Jannar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 47 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5 biljun għal EUR 353.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità. Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 58 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 60.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.7 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 28.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 28.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 11.2 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ DKK 26.2 biljun, b’maturità ta’ xahar. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-muniti, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 282 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.3 biljun għal EUR 740 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 24 biljun għal EUR 121.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 104.3 biljun għal EUR 643.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 203.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 251.5 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali ta’ EUR 134.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 113.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 7.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 198.7 biljun (meta mqabbel ma’ 281.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 82.5 biljun għal EUR 251.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,319 −47
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 161,737 2,614
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,217 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
148,520 2,615
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 205,948 1,146
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,824 1,343
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,824 1,343
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 842,407 20,520
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 252,225 47,725
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 588,531 −21,657
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,575 −5,533
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 76 −15
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,928 −2,332
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 281,966 2,176
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,438 0
9 Assi oħra 234,232 3,724
Assi Totali 2,039,799 29,145
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 739,970 −3,299
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 450,461 −302
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 251,699 82,462
2.2 Faċilità ta’ depożitu 198,674 −82,719
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 89 −45
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 432 161
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 −1,003
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 130,557 23,948
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 121,869 23,952
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,688 −4
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 280,187 9,212
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,365 −1,062
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,769 −163
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,769 −163
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 175,885 1,653
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,138 1
Total tal-passiv 2,039,799 29,145
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja