European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Urini

Twil wisq. Ma qrajtux?
Suġġetti relatati mal-BĊE spjegati b’mezzi multimedjali.

X’inhi t-TLTRO?

30 ta' Marzu 2021

L-operazzjonijiet immirati ta' rifinanzjament fuq żmien itwal jinkoraġġixxu lill-banek li jżommu fluss ta' kreditu bi prezz tajjeb lejn in-nies u n-negozji. Dan, min-naħa tiegħu, isostni l-infiq u l-investiment fl-ekonomija. Christine Lagarde tispjega kif jaħdmu.

ara

Il-BĊE Jispjega: għaliex il-flus kontanti huma importanti

18 ta’ Frar 2021

Għandna bżonn flus kontanti f’dinja diġitali? Il-kollega tagħna Chiara tispjega kif il-flus kontanti għandhom rwol ewlieni fis-soċjetà tagħna u x’qed nagħmlu sabiex niżguraw li inti jista’ jkollok aċċess u tuża l-flus kontanti kull meta trid u kull fejn tkun.

ara

Il-BĊE jispjega: linji swap

4 ta' Novembru 2020

Linji swap huma parti waħda mis-sett ta' għodda tal-bank ċentrali tagħna. Imma x'inhuma? U għaliex nużawhom? Il-kollega tagħna Imène tispjega għaliex huma għodda importanti għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u jistgħu jgħinu biex jipprevjenu t-tensjoni tas-suq milli taffettwa l-ekonomija reali.

ara

Il-BĊE Jispjega: statistika affidabbli

20 ta' Ottubru 2020

Għaliex għandna bżonn dejta affidabbli? U min jipproduċiha? Il-kollega tagħna Rita tispjega kif il-BĊE jiżgura li l-istatisitka tiegħu tkun preċiża, konsistenti u f'waqtha.

ara

Il-BĊE jispjega: il-hacking  etiku

21 ta' Awwissu 2020

Aħna żviluppajna qafas għal hacking etiku fl-2018. Dan xi jfisser? Il-kollega tagħna Emran jispjega x’jagħmel hacker etiku u kif dan jgħin biex jiġu ttestjati r-reżiljenza u n-nuqqasijiet tal-banek.

ara

Il-BĊE jispjega: ir-riżervi barranin

21 ta' Awwissu 2020

Ir-riżervi barranin huma muniti barranin, jew assi oħra, miżmuma minn banek ċentrali – bħalna – u awtoritajiet oħra. Il-kollega tagħna Joaquim jispjega r-rwol tar-riżervi barranin u, b’mod partikolari, il-karatteristiċi ta’ dawk miżmuma mill-BĊE.

ara

Il-BĊE jispjega: il-firem tal-karti tal-flus tal-euro

21 ta' Awwissu 2020

Il-karti tal-flus tagħna għandhom ħafna karatteristiċi affaxxinanti. Eżempju tajjeb huwa l-firma tal-President tal-BĊE. Il-kollega tagħna Sarai tispjega kif il-karatteristika tal-firma tgħin biex tiżgura fiduċja fil-munita unika taż-żona tal-euro.

ara

Il-BĊE jispjega: l-unjoni bankarja

21 ta' Awwissu 2020

L-unjoni bankarja tippermetti li r-regoli bankarji tal-UE jiġu applikati b’mod konsistenti. Dan jgħin biex jiżgura li s-sistema bankarja tkun tiflaħ. Il-kollega tagħna Filipa tispjega l-bażi tal-unjoni bankarja u kif tiżgura li n-nies fl-Ewropa jistgħu b’fiduċja jiffrankaw, jonfqu jew jissellfu l-flus.

ara

Il-BĊE jispjega: Is-superviżjoni bankarja Ewropea

21 ta' Awwissu 2020

Bħala superviżur bankarju Ewropew, aħna nivverifikaw li l-banek jikkonformaw mar-regoli. Il-kollega tagħna François jispjega kif dan fl-aħħar mill-aħħar iservi lin-nies tal-Ewropa, billi jgħin biex il-banek ikunu siguri u sodi.

ara

Il-BĊE jispjega: gwida bil-quddiem

11 ta' Diċembru 2019

Meta bank ċentrali jagħti gwida bil-quddiem, jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet tiegħu fil-futur. Fil-BĊE, dan nagħmluh billi nagħmlu stqarrijiet dwar l-intenzjonijiet tagħna dwar il-politika monetarja fil-konferenzi stampa tagħna. Il-kollega tagħna tal-BĊE Michael jispjega kif il-gwida bil-quddiem tista' tgħin biex tixpruna l-ekonomija.

ara

Il-BĊE jispjega: kripto-assi

21 ta' Novembru 2019

Teknoloġiji ġodda jistgħu jaffettwaw il-mod kif inħallsu fil-ġejjieni. Bħala l-bank ċentral għall-euro, wieħed mill-għanijiet tagħna huwa li niżguraw li l-ħlasijiet isiru b'mod sigur u effiċjenti fiż-żona tal-euro kollha. Il-kollega fil-BĊE Maria Teresa tispjega l-benefiċċji u r-riskji tal-kriptoassi.

ara

Il-BĊE jispjega: responsabbiltà

13 ta' Novembru 2019

Il-BĊE huwa istituzzjoni indipendenti li juża l-istrumenti tiegħu biex iwettaq il-mandat tiegħu. Aħna nispjegaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħna lill-poplu Ewropew u lir-rappreżentanti eletti tagħhom fil-Parlament Ewropew. Ara lill-kollega tagħna tal-BĊE Jean-François biex tkun taf iktar.  

ara

Kif jolqtuk lokalment il-politiki tagħna?

16 ta' Ottubru 2018

Il-membru tal-Bord Eżekuttiv Benoît Cœuré żar il-fabbrika ta' Vorwerk fi Cloyes-sur-le-Loir, Franza. Huwa tkellem man-nies tal-post dwar kif il-BĊE għamilha aktar attraenti għall-banek li jsellfu lin-negozji. Dan ifisser kundizzjonijiet aħjar għan-negozji, li jgħin biex jinħolqu aktar impjiegi.

ara

Kif il-politika tal-BĊE naqqset l-inugwaljanza

27 ta' Lulju 2018

Il-miżuri tal-politika monetarja tal-BĊE mill-2014 mhux biss għenu t-tkabbir u eliminaw ir-riskju tad-deflazzjoni - naqqsu wkoll l-inugwaljanza ġenerali fiż-żona tal-euro, kif tikkonferma riċerka ġdida. Agħti ħarsa lejn il-vidjo spjegattiv tagħna biex issir taf kif.

ara

Kif jintgħażlu l-membri tal-Bord Eżekuttiv?

8 ta' Ġunju 2018

Qatt ħsibt kif jinħatru l-membri tal-Bord Eżekuttiv tagħna? Ir-rappreżentanti nazzjonali eletti jiddeċiedu fil-livell Ewropew min jista' jissieħeb fil-Bord għal terminu ta' tmien snin li ma jiġġeddidx. Skopri min jipproponi l-kandidati u kif jintgħażlu.

ara

L-euro kif jgħin liċ-ċittadini Ewropej jipprattikaw in-negozju?

9 ta' Mejju 2018

L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju huma s-sinsla tal-ekonomija taż-żona tal-euro. Skopri kif l-intraprendituri u s-sidien tan-negozji ż-żgħar jibbenefikaw mill-munita unika.

ara

Kif inħarsu flusna kontra l-attakki ċibernetiċi?

2 ta' Mehhu 2018

Aħna niddepożitaw flusna fil-bank biex ikunu fiż-żgur. Iżda x'jiġri jekk xi ħadd jidħol b'qerq fil-kompjuters tal-bank? Ara l-vidjo tagħna li jfisser kif il-BĊE qed jgħin lis-sistema finanzjarja billi jħeġġeġ il-"hacking etiku”…

ara

Xínhu TARGET Instant Payment Settlement (TIPS)?

17 ta' Ottubru 2017

Sir af aktar dwar TIPS, is-servizz il-ġdid li ġej fit-tmiem tal-2018 li ser jagħmel il-ħajja eħfef għan-negozji u l-individwi.

ara

Għaliex huma baxxi r-rati tal-imgħax?

4 ta' Ottubru 2017

Skopri għaliex huma meħtieġa rati tal-imgħax baxxi sabiex il-prezzijiet jinżammu stabbli.

ara

Ġejjin dalwaqt: ħlasijiet transkonfinali dak il-ħin stess

2 ta' Ottubru 2017

Hekk kif tant affarijiet saru disponibbli għalina dak il-ħin stess, jaf qed tistgħaġeb kif it-trasferimenti bankarji għadhom jistgħu jieħdu sa 24 siegħa. Il-BĊE qiegħed jaħdem biex ibiddel dan.

ara

L-Ewropej kif iħallsu?

12 ta' April 2017

Fl-4 ta' April 2017 il-BĊE ħareġ il-karta tal-flus il-ġdida ta' €50 li għandha karatteristiċi tas-sigurtà mtejba. Ara iżjed tagħrif dwar kif iħallsu l-Ewropej illum.

ara

L-euro fetaħ il-bibien għall-Ewropej

7 ta’ Frar 2017

Ħamsa u għoxrin sena ilu, il-mexxejja Ewropej iffirmaw it-Trattat ta’ Maastricht, data importanti għall-integrazzjoni Ewropea li wittiet it-triq għall-euro. Agħti daqqa t’għajn lejn kif il-munita unika tagħna ħaffet il-mod kif l-Ewropej jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżhom.

ara

L-euro barra l-Ewropa

24 ta’ Jannar 2017

Madwar 339 miljun ruħ fiż-żona tal-euro jużaw il-karti u l-muniti tal-euro fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda kont taf li l-euro jintuża wkoll f’għadd ta’ postijiet barra l-Unjoni Ewropea u lil hinn mill-kontinent Ewropew? Agħti daqqa t’għajn lejn il-mapep tagħna biex issib fejn.

aktar

Kif jaħdem il-quantitative easing

9 ta’ Diċembru 2016

Il-programmi tal-BĊE tal-akkwist ta’ assi jsostnu t-tkabbir ekonomiku u jgħinuna nilħqu l-għan tagħna għall-inflazzjoni. Ara kif jaħdmu dawn il-programmi, x’sehem għandhom il-banek kummerċjali u kif il-miżuri jolqtu n-negozji u l-konsumaturi.

aktar

Il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP)

6 ta’ Ġunju 2016

Agħti daqqa t’għajn wara l-kwinti lejn in-nies li jfasslu u jmexxu l-programm ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE u sib il-kif u l-għala tal-politika tal-illaxkar kwantitattiv (quantitative easing) fiż-żona tal-euro.

ara

X’inhi t-TLTRO-II?

10 ta’ Marzu 2016

X’inhi t-TLTRO II, is-sensiela ġdida ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal, u għaliex hija meħtieġa? Il-President tal-BĊE Mario Draghi jispjega fil-qosor.

ara

X’inhi t-T2S u kif tgħin is-suq uniku tal-kapital fl-Ewropa?

2 ta’ Lulju 2015

Ara kif it-T2S (Target2-Securities), il-pjattaforma l-ġdida għat-trasferiment ta’ titoli, tħaffef u tnaqqas l-ispejjeż biex it-titoli “jivvjaġġaw” fl-Ewropa u hija ta’ benefiċċju għad-ditti kummerċjali u l-investituri.

ara

Liema pajjiżi ngħaqdu maż-żona tal-euro u meta?

1 ta’ Jannar 2015

Ara din il-mappa interattiva biex tkun taf liema pajjiżi huma mseħbin fiż-żona tal-euro u meta ssieħbu.

aktar

Il-bini ewlieni tal-BĊE – minn viżjoni għar-realtà

10 ta’ Diċembru 2014

F’Novembru 2014 l-istaff tal-BĊE mar f’bini ġdid fid-distrett ta’ Ostend, Frankfurt am Main. Ara filmat qasir li jurik kif tela’ dan il-bini.

ara

Id-deċiżjonijiet tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE

4 ta’ Novembru 2014

Ara kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar is-superviżjoni bankarja bil-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni.

aktar

Integrazzjoni tal-infrastruttura tas-suq

24 ta’ Settembru 2014

L-infrastruttura integrata tas-suq fl-Ewropa hija sistema unika u effiċjenti ta’ “komunikazzjoni” li sservi ta’ sostenn għas-suq. Ara kif iċ-ċittadini, id-ditti kummerċjali u l-investituri jgawdu mill-infrastruttura għat-trasferiment ta’ ħlasijiet u titoli.

ara

Kif tolqotni rata tal-imgħax negattiva?

5 ta’ Ġunju 2014

Il-Kunsill Governattiv introduċa rata tal-imgħax negattiva fuq il-faċilità tad-depożitu fil-5 ta’ Ġunju 2014. Il-President tal-BĊE Mario Draghi jispjega xi tfisser din id-deċiżjoni għal min ifaddal fiż-żona tal-euro.

ara

Il-MSU mfisser fi tliet minuti

24 ta’ Marzu 2014

Ara dan il-filmat dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u skopri kif issir is-superviżjoni bankarja fl-Ewropa.

ara

Il-BĊE u l-Eurosistema

26 ta’ Settembru 2013

X’inhi l-inflazzjoni? Għaliex l-istabbiltà tal-prezzijiet hija importanti għalija? Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u iżjed tagħrif f’din l-introduzzjoni ta’ tliet minuti dwar is-sehem u l-kompiti tal-BĊE u l-Eurosistema.

ara

Il-paġni kollha f’din it-taqsima