Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-7 ta’ Awwissu 2015

11 ta' Awissu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Awwissu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 262.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Awwissu 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 308 miljun USD 228 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 358.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 1,059.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 36.8 biljun għal EUR 39.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 9.6 biljun għal EUR 396.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 80.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 71.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 137.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 137.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.6 biljun għal EUR 540.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-7 ta’ Awwissu 2015 Differenza mqabbla mal-31 ta’ Lulju 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-31 ta’ Lulju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 106.6 biljun +EUR 2.6 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 10.6 biljun +EUR 0.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 259.7 biljun +EUR 10.8 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 130.6 biljun - -EUR 1.7 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 31.5 biljun għal EUR 443.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,458 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 290,330 2,519
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,132 679
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
211,198 1,841
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,896 −566
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,962 −333
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,962 −333
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 534,736 −8,900
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 71,007 −8,966
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 463,525 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 204 66
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 137,738 −500
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 899,191 10,963
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 540,894 12,624
  7.2 Titoli oħra 358,297 −1,660
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,173 0
9 Assi oħra 225,150 −3,142
Assi Totali 2,536,634 42
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,059,374 2,380
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 581,766 32,232
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 443,901 31,497
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 137,725 740
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 140 −5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,223 −24
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 105,675 −36,025
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 39,079 −36,804
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 66,596 779
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,402 3,156
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,692 −277
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,283 1,363
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,283 1,363
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 209,946 −2,764
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 98,393 0
Total tal-passiv 2,536,634 42

Kuntatti midja