Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-15 ta’ Mejju 2015

19 ta' Mejju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Mejju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 271.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 373.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 1,028.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 15.7 biljun għal EUR 70.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.8 biljun għal EUR 398.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 95.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 90.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 101.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 108.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 16.8 biljun għal EUR 384.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-15 ta’ Mejju 2015 Differenza mqabbla mat-8 ta’ Mejju 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-8 ta’ Mejju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 80.8 biljun + EUR 2.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 6.1 biljun + EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 122.5 biljun + EUR 13.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 138.1 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 7.3 biljun għal EUR 306.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 301,524 −1,321
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,299 −759
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
219,225 −562
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,490 21
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,214 88
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,214 88
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 499,450 −4,585
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 90,622 −4,611
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 408,748 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 79 26
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 130,254 1,697
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 757,860 15,573
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 384,003 16,782
  7.2 Titoli oħra 373,857 −1,209
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,748 0
9 Assi oħra 229,122 −698
Assi Totali 2,388,627 10,774
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,028,925 1,607
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 407,327 −175
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 306,277 7,254
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 101,050 −7,429
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,498 9
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,518 16,152
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 70,030 15,678
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 62,488 474
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,143 −5,688
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,080 −170
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,092 −995
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,092 −995
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 216,958 1
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,131 33
Total tal-passiv 2,388,627 10,774

Kuntatti midja