Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema tas-7 ta’ Novembru 2014

11 ta' Novembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Novembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 227.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 365 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 977.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 58.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 28.4 biljun għal EUR 460.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 118.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 98.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 3.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 42 biljun (imqabbel ma’ EUR 38.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 195.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-7 ta’ Novembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 30.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 13.2 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 7.4 biljun EUR 2.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 28.5 biljun għal EUR 183.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,532 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 261,379 −1,555
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,906 −379
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
177,472 −1,176
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,077 173
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,148 −192
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,148 −192
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 502,816 −24,812
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 98,189 −19,963
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 404,622 −3,850
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4 −999
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,694 −2,137
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 560,547 3,470
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 195,562 2,640
7.2 Titoli oħra 364,985 830
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 235,817 2,729
Assi Totali 2,029,737 −22,323
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 977,197 1,964
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 225,181 −24,846
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 183,130 −28,455
2.2 Faċilità ta’ depożitu 42,032 3,617
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 19 −8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,400 −381
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,738 668
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 58,249 1,412
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,489 −745
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,476 1,354
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,290 −56
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,343 −939
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,343 −939
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 215,768 −88
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 95,313 0
Total tal-passiv 2,029,737 −22,323

Kuntatti midja