Menu

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Mejju 2014

6 ta' Mejju 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Mejju 2014 it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 210.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 362 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.9 biljun għal EUR 950.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 105.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 97.9 biljun għal EUR 545.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ April 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 121.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 172.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 166.8 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 103.9 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 5.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13.2 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 9.6 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 39.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 24.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 5.0 biljun għal EUR 219.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli u fit-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Mejju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 167.5 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 37.8 biljun u EUR 14.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 74.0 biljun għal EUR 240.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,544 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,601 402
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,793 42
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,808 360
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,485 −317
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,744 328
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,744 328
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 688,342 50,201
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 172,621 50,805
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 514,965 −1,341
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 751 733
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 4 4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,263 1,212
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 581,631 −5,056
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 219,621 −5,047
7.2 Titoli oħra 362,010 −9
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,273 −946
9 Assi oħra 244,246 2,244
Assi Totali 2,217,128 48,066
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 950,285 3,932
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 383,269 26,370
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 240,192 74,047
2.2 Faċilità ta’ depożitu 39,078 15,104
2.3 Depożiti fissi 103,946 −62,834
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 53 53
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,757 −1,255
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 147,698 18,510
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 105,331 14,194
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 42,368 4,315
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,380 −2,111
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,470 38
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,486 −47
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,486 −47
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 214,041 2,609
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 92,999 21
Total tal-passiv 2,217,128 48,066

Kuntatti midja