Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Marzu 2014

11 ta' Marzu 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Marzu 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 207.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 358.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 937 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 24.6 biljun għal EUR 74.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 11.8 biljun għal EUR 447.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Marzu 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 94 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 87 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 175.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 3 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 30.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 29.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu l-istess. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Marzu 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 175.7 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 38.8 biljun u EUR 14.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 187.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 303,158 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,312 484
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,793 68
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,518 416
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,867 −264
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,806 −199
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,806 −199
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 654,015 −10,493
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 87,047 −6,989
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 566,682 −3,012
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 284 −492
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,875 −1,230
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 588,035 1,656
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 229,302 0
7.2 Titoli oħra 358,733 1,656
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,237 0
9 Assi oħra 239,020 1,291
Assi Totali 2,172,324 −8,755
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 937,004 3,156
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 393,554 1,067
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 187,112 −280
2.2 Faċilità ta’ depożitu 30,939 1,567
2.3 Depożiti fissi 175,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 −220
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,188 9
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,875 −12,238
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 74,651 −24,608
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 39,224 12,370
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,597 −2,897
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,858 −924
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,765 826
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,765 826
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,717 0
10 Passiv ieħor 216,495 2,246
11 Kont tar-rivalutazzjoni 262,876 0
12 Kapitali u riżervi 92,395 0
Total tal-passiv 2,172,324 −8,755

Kuntatti midja