Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Marzu 2010

23 ta' Marzu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Marzu 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 161 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 297.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 787.7 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.6 biljun għal EUR 113.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 34.2 biljun għal EUR 528.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  78.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 79 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 195.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 160.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 42.4 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Marzu 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 39.6 biljun għal EUR 223.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,920 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 198,025 817
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 64,235 −62
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,790 879
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,375 88
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,125 383
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,125 383
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 723,427 578
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 79,032 629
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 644,314 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 52 −55
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 29 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,429 −1,757
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 340,258 1,407
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 42,442 899
7.2 Titoli oħra 297,817 508
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,137 0
9 Assi oħra 255,015 1,499
Assi Totali 1,889,712 3,015
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 787,725 −408
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 418,218 −4,745
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 223,079 −39,570
2.2 Faċilità ta’ depożitu 195,137 34,825
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 589 −1,820
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,602 8,657
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 113,490 8,621
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,112 36
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,860 −987
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,551 232
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,559 485
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,559 485
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 163,104 1,525
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 75,043 78
Total tal-passiv 1,889,712 3,015

Kuntatti midja