Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-24 ta’ April 2009

28 ta' April 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ April 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 823 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 11.8 biljun għal EUR 265.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
22 ta’ April 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 36 biljun CHF 36.1 biljun
23 ta’ April 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 73.8 biljun USD 66.7 biljun
23 ta’ April 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 23.9 biljun USD 12.2 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 294.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.9 biljun għal EUR 752.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 143.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 14.4 biljun għal EUR 645.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  249.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 244.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 31.1 biljun (meta mqabbel ma’ 21.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 7.1 biljun għal EUR 249.1 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tas-17 ta’ April 2009 (ippubblikat fil-21 ta’ April 2009) għandu jiġi nnotat li assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 238,965 miljun, minflok ta’ EUR 238,689 miljun, u li l- obbligazzjonijiet oħra (il-partita nru. 10 tal-passiv) kellhom juru EUR 162,964 miljun, minflok EUR 162,688 miljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 240,840 −823
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 157,916 901
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 14,350 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,566 906
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 125,314 −14,065
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,397 996
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,397 996
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 676,404 −5,261
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 244,126 −5,285
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 432,163 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 107 27
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 8 −4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 31,449 −595
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 293,964 1,135
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,397 0
9 Assi oħra 240,281 1,316
Assi Totali 1,823,963 −16,397
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 752,675 −3,885
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 280,409 2,042
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 249,149 −7,111
2.2 Faċilità ta’ depożitu 31,069 9,196
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 192 −43
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 440 120
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152,284 2,522
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 143,934 2,631
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,350 −110
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 184,190 −13,202
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,665 218
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,596 −1,596
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,596 −1,596
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 160,357 −2,607
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,843 −8
Total tal-passiv 1,823,963 −16,397

Kuntatti midja