European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema
tat-30 ta’ Mejju 2008

3 ta' Ġunju 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Mejju 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 18-il miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 167.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 114 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 672 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 16.4 biljun għal EUR 64.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.1 biljun għal EUR 455.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 176.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 170 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Mejju 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 12.1 biljun għal EUR 207.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 209,545 −18
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,301 −2,102
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,434 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
126,867 −2,102
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 54,943 1,677
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,613 −64
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,613 −64
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 455,821 −6,128
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 170,002 −6,499
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 285,027 −1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 791 373
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 32,095 −367
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,000 1,643
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,007 −6
9 Assi oħra 366,920 4,813
Assi Totali 1,423,245 −552
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 672,006 2,714
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 207,582 12,126
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 207,516 12,136
2.2 Faċilità ta’ depożitu 55 −12
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 11 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 156 −8
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 71,916 −16,562
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,690 −16,442
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,226 −120
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 73,373 −574
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,280 −596
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,514 232
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,514 232
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,148 0
10 Passiv ieħor 146,100 2,116
11 Kont tar-rivalutazzjoni 156,231 0
12 Kapitali u riżervi 71,939 0
Total tal-passiv 1,423,245 −552
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja