Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-28 ta' Settembru 2007

3 ta' Ottubru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Settembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 14.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.8 biljun għal EUR 141.8 biljun. Il-bidla kienet ikkawżata prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, waqt li t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.7 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 95.4 biljun, u dan l-iżjed minħabba l-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 637.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 66.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 29.6 biljun għal EUR 449.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Settembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  155 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 190 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 5.5 biljun (meta mqabbel ma’ 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 32 biljun għal EUR 186.7 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-28 ta’ Settembru 2007 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 520.312 għal kull uqija fina

USD: 1.4179 għal kull EUR

JPY: 163.55 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0978 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 186,233 −17 14,382
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 141,973 −1,335 −3,737
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,355 5 −290
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,618 −1,340 −3,447
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,907 1,709 −1,021
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,098 1,364 −16
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,098 1,364 −16
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 455,216 34,604 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 190,000 34,999 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 265,000 1 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 215 −396 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,276 471 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,415 338 540
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,122 0 −26
9 Assi oħra 281,156 6,345 7,212
Assi Totali 1,250,396 43,476 17,337
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 637,292 2,340 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 192,150 37,036 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 186,667 31,996 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 5,472 5,045 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 11 −5 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 170 31 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 73,572 −2,746 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,140 −2,530 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,432 −216 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,913 2,127 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 613 −1 −32
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 18,112 446 −863
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 18,112 446 −863
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0 −119
10 Passiv ieħor 99,223 4,244 4,301
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0 14,050
12 Kapitali u riżervi 68,893 −1 0
Total tal-passiv 1,250,396 43,476 17,337

Kuntatti midja