Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-7 ta’ Ottubru 2016

11 ta' Ottubru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Ottubru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 4.4 biljun għal EUR 275.0 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Ottubru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 6.3 biljun USD 2.8 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 329.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 1,097.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 158.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 15.7 biljun għal EUR 138.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ottubru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 38.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 409.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 398.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.1 biljun għal EUR 1,454.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-7 ta’ Ottubru 2016

Differenza mqabbla

mat-30 ta’ Settembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mat-30 ta’ Settembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 14.8 biljun - -EUR 0.8 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.2 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 194.9 biljun +EUR 0.8 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.8 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 32.0 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,079.3 biljun +EUR 18.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 106.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 17.6 biljun għal EUR 777.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,633 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 313,656 −1,539
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,812 −29
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 235,844 −1,510
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,494 −1,410
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,957 −615
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,957 −615
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 548,247 −4,310
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 34,368 −4,372
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 513,797 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 82 62
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 89,986 6,581
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,784,452 20,381
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,454,899 20,114
  7.2 Titoli oħra 329,553 267
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 224,561 −5,807
Attiv totali 3,451,426 13,281
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,097,212 957
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,186,865 28,974
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 777,365 17,548
  2.2 Faċilità tad-depożitu 409,394 11,378
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 106 48
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,836 32
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 264,223 3,268
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 158,000 2,608
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 106,224 660
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 101,686 −21,162
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 4,174 1,385
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,805 49
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,805 49
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 207,112 −223
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,835 0
Passiv totali 3,451,426 13,281
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja