Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ April 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ April 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 1.0 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn tliet banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 272.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 377.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 1,018.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 34.2 biljun għal EUR 101.5 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.0 biljun għal EUR 427.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 96.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 95.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 86.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 90.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.8 biljun għal EUR 339.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-24 ta’ April 2015 | Differenza mqabbla mas-17 ta’ April 2015 – xiri | Differenza mqabbla mas-17 ta’ April 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 25.6 biljun | - | - EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 72.6 biljun | + EUR 3.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 5.8 biljun | + EUR 0.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 85.0 biljun | + EUR 11.7 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 139.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 13.2 biljun għal EUR 269.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 383,965 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 303,600 | 593 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,369 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
220,231 | 593 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 39,050 | −304 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,345 | −492 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,345 | −492 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 513,326 | −816 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 95,737 | −822 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 417,558 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 31 | 6 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 123,635 | 1,900 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 717,523 | 15,736 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 339,786 | 14,828 | |
7.2 | Titoli oħra | 377,737 | 908 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,718 | 0 | |
9 | Assi oħra | 232,629 | 111 | |
Assi Totali | 2,360,790 | 16,728 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,018,357 | 228 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 355,647 | −17,960 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 269,446 | −13,191 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 86,168 | −4,440 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 32 | −329 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,488 | −23 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 159,764 | 33,807 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 101,467 | 34,200 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 58,298 | −392 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,500 | −911 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,845 | −30 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,658 | 105 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,658 | 105 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 60,656 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 215,492 | 1,439 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 403,298 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 96,085 | 74 | |
Total tal-passiv | 2,360,790 | 16,728 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja