Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ Ġunju 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta’ Ġunju 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut l-aktar għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li sar minn tliet banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.5 biljun għal EUR 229.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u żewġ operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
21 ta’ Ġunju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 2.4 biljun | USD 1.6 biljun |
21 ta’ Ġunju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 6.3 biljun | USD 9.9 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1 biljun għal EUR 322.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 890.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 42.9 biljun għal EUR 150.6 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.5 biljun għal EUR 253.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 131.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 167.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 212-il biljun u nġabru depożiti ġodda ta’ EUR 210.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 775.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 741.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 280.3 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamel tajjeb għat-titoli mifdija matul il-ġimgħa skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta’ Ġunju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 210.7 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.1 biljun u EUR 13.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 53.9 biljun għal EUR 97 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 432,701 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246,984 | 463 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,492 | −89 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
160,492 | 552 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 48,933 | 773 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,295 | 683 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,295 | 683 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,240,525 | 34,236 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 167,253 | 35,506 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,071,547 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,470 | −1,508 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 255 | 238 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 186,432 | −5,289 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 602,442 | −874 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 280,340 | 121 | |
7.2 | Titoli oħra | 322,102 | −995 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,587 | 0 | |
9 | Assi oħra | 250,994 | 596 | |
Assi Totali | 3,057,892 | 30,586 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 890,327 | −1,181 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,084,056 | −21,184 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 97,022 | −53,879 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 775,263 | 34,072 | |
2.3 | Depożiti fissi | 210,500 | −1,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,271 | 123 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,843 | −103 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 161,354 | 42,249 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 150,604 | 42,920 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,750 | −671 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 149,718 | 10,946 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,944 | 72 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,786 | −1,363 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,786 | −1,363 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,716 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 216,955 | 1,151 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 399,445 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,748 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,057,892 | 30,586 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja