Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ April 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 227.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
19 ta’ April 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.3 biljun | USD 0.9 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu bi EUR 18.5 biljun għal EUR 328.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 869.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 155.3 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 38.8 biljun għal EUR 152 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ April 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 55.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 51.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 775.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 742.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 281.1 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li ġie konkluż matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 214.2 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.8 biljun u EUR 10.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 35.5 biljun għal EUR 93.5 biljun.
Affarijiet oħra
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 saret riklassifikazzjoni tal-kontijiet biex tiġi armonizzata l-iskopertura tal-likwidità ta’ emerġenza ( Emergency Liquidity Assistance – ELA) provduta mill-banek ċentrali tal-Eurosistema lil istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi taħt klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv). Dan jispjega prinċipalment għaliex titoli oħra (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu bi EUR 18.5 biljun, assi oħra (il-partita 9 tal-attiv) naqsu b’EUR 105.6 biljun waqt li klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv) żdiedu b’EUR 121.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 432,706 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 240,381 | 712 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,122 | 20 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
154,258 | 693 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 54,618 | 105 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,271 | −835 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,271 | −835 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,142,714 | −5,268 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 51,775 | −3,587 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,090,626 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 311 | −1,682 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 183,692 | 121,143 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 609,674 | −18,037 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 281,148 | 468 | |
7.2 | Titoli oħra | 328,526 | −18,506 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 31,131 | 0 | |
9 | Assi oħra | 252,923 | −105,570 | |
Assi Totali | 2,967,109 | −7,750 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 869,653 | −4,639 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,084,186 | −2,026 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 93,498 | −35,520 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 775,650 | 32,825 | |
2.3 | Depożiti fissi | 214,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,037 | 670 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,388 | 1 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 166,552 | −3,256 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 155,266 | −3,523 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,286 | 266 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 76,522 | −319 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,819 | 223 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,587 | 741 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,587 | 741 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,716 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 215,708 | 1,513 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 399,445 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,532 | 13 | |
Total tal-passiv | 2,967,109 | −7,750 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja