Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-12 ta’ Ġunju 2009

16 ta' Ġunju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Ġunju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 21 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.9 biljun għal EUR 233.1 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u swaps f’kambju barrani, jiġifieri kroner Daniżi u kronor Svediżi u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
10 ta’ Ġunju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 36 biljun CHF 32.5 biljun
11 ta’ Ġunju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 63.4 biljun USD 51.8 biljun
11 ta’ Ġunju 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 3 xhur fi kronor Svediżi - SEK 32.4 biljun
12 ta’ Ġunju 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 3 xhur fi kroner Daniżi DKK 6 biljun -
12 ta’ Ġunju 2009 Swap f’kambju barrani ta’ 74 jum fi kroner Daniżi - DKK 7.1 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mad-Danmarks Nationalbank, mas-Sveriges Riksbank, mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal-EUR 300.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 762.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.2 biljun għal EUR 144.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 4.5 biljun għal EUR 599.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  227.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 302.1 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 116.1 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 56.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 30.2 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 14.5 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplimentari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 38.1 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 18.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 11.3 biljun (meta mqabbel ma’ 28.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 213.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 240,746 −21
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162,272 5,686
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 17,013 15
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,259 5,670
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 90,851 −8,723
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,431 −326
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,431 −326
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 611,020 −21,862
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 302,077 74,501
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 308,701 −94,855
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 241 −1,498
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −11
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,876 −205
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 300,606 2,439
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,788 0
9 Assi oħra 242,035 1,798
Assi Totali 1,726,624 −21,214
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 762,798 −696
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 224,940 −10,848
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 213,491 6,555
2.2 Faċilità ta’ depożitu 11,334 −17,508
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 116 105
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 221 −15
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152,896 7,857
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 144,896 8,182
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,000 −325
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 131,799 −20,392
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,204 −1,936
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,237 2,776
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,237 2,776
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 158,052 2,044
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,976 −5
Total tal-passiv 1,726,624 −21,214
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja