Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta’ Ottubru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 41 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 64.3 biljuni għal EUR 343.3 biljuni minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni ta’ USD 170.9 biljuni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 114.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.7 biljuni għal EUR 721.8 biljuni. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.1 biljun għal EUR 80 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 51.2 biljuni għal EUR 533.4 biljuni. Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 250 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 310.4 biljuni. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 24.7 biljuni.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14-il biljun (meta mqabbel ma’ EUR 16.6 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 239.6 biljuni (meta mqabbel ma’ EUR 154.7 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 65.3 biljuni għal EUR 230.5 biljuni.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 220,196 | −41 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 146,591 | −394 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,822 | 8 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
136,769 | −402 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 223,203 | 58,153 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,696 | −495 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 13,696 | −495 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 773,191 | 33,803 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 311,986 | 61,103 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 447,182 | 3 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | −24,681 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 14,003 | −2,631 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 21 | 9 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 61,163 | −4,947 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114,816 | 1,256 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,448 | 0 | |
9 | Assi oħra | 382,779 | 3,894 | |
Assi Totali | 1,973,084 | 91,229 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 721,833 | 9,714 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 470,259 | 19,698 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 230,516 | −65,304 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 239,575 | 84,920 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 168 | 82 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 125 | −18 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 91,921 | 6,238 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 79,985 | 15,084 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,937 | −8,847 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 255,004 | 59,989 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,297 | 329 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,775 | −6,893 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 19,775 | −6,893 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 167,120 | 2,172 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,680 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,973,084 | 91,229 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja