Euro diġitali: nisimgħu lill-pubbliku
Euro diġitali joffri soluzzjoni komprensiva għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-konsumaturi moderni.
Aħna impenjati li ninvolvu lill-pubbliku b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ euro diġitali. Billi nwettqu stħarriġ, intervisti u focus groups, niksbu intuwiti siewja dwar il-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti potenzjali.
Dawn il-konversazzjonijiet qegħdin jgħinuna niddisinjaw euro diġitali li jissodisfa l-istenniji tiegħek - u li huwa sikur, faċli biex jintuża, u aċċessibbli għal kulħadd.
Aqra aktar dwar l-involviment tagħna mal-pubbliku
Studju dwar il-karatteristiċi tal-kartiera diġitali
Minn Diċembru 2022 sa Jannar 2023, għamilna focus groups biex nivvalutaw il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini taż-żona tal-euro dwar il-karatteristiċi tal-kartiera diġitali. Il-parti l-kbira tal-partiċipanti esprimew interess f’li jippruvaw il-kartiera diġitali, u taw intuwiti kurċjali biex jiffurmaw id-disinn ta’ euro diġitali potenzjali.
Aqra l-istudjuStudju dwar metodi ġodda ta’ ħlas diġitali
Minn Ottubru sa Diċembru 2021 għamilna focus groups fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro biex niġbru fehmiet minn udjenzi fil-mira differenti dwar id-drawwiet tal-ħlas tagħhom. In-nies iridu soluzzjonijiet ta’ ħlas konvenjenti, veloċi u faċli biex jintużaw li jqisu s-sikurezza u s-sigurtà tad-data tagħhom.
Is-sejbiet tal-focus groupsRapport ta’ konsultazzjoni pubblika
Mit-12 ta’ Ottubru 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 għamilna konsultazzjoni pubblika biex niġbru fehmiet dwar il-benefiċċji u l-isfidi tal-ħruġ ta’ euro diġitali u dwar id-disinn possibbli tiegħu. It-tweġibiet jipprovdu kontribut siewi għall-valutazzjonijiet kontinwi tal-Eurosistema dwar il-possibbiltà ta’ euro diġitali.
Aqra r-rapport