Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Żjarat oħra

Żjarat fil-bini ewlieni tal-BĊE

Nista’ nżur il-bini ewlieni tal-BĊE?

Bħalissa ma hemmx żjarat disponibbli. Fiż-żjarat iggwidati tagħna għandna l-għan li nuru partijiet differenti tal-bini ewlieni tal-BĊE, billi nirriflettu fuq l-istorja u l-arkitettura u nagħtu idea tal-atmosfera tax-xogħol fil-BĊE. Iż-żjara tinvolvi diversi waqfiet, fosthom il-Grossmarkthalle storiku, iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE, l-iskajskrejper, iż-żona tal-konferenzi u ċ-ċentru tal-istampa tal-BĊE.

Żjara virtwali fiċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE

Nista' nagħmel żjara tal-Google Street View fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE?

Iva. Għamel żjara virtwali (https://goo.gl/maps/gfQT5j6yw2M2) u esplora ċ-Ċentru tal-Viżitaturi tagħna tkun fejn tkun. Jekk għandek sett tal-VR, ilbsu għal esperjenza dejjem iktar koinvolġenti!

Kif jista’ jkolli aċċess għal żjara virtwali bl-użu ta’ sett VR?

Installa l-app Google Street View fuq il-mobajl tiegħek (iOS, Android). Fittex il-Bank Ċentrali Ewropew u miss wieħed mir-ritratti uffiċjali tal-BĊE li juri l-parti ta' ġewwa tal-bini. Agħfas l-ikona tas-sett tal-VR fir-rokna tal-lemin ta' fuq biex tibda l-modalità VR, poġġi s-smartphone tiegħek fl-apparat VR tiegħek u gawdi l-esperjenza koinvolġenti!

Kollezzjoni ta' arti tal-BĊE

X’inhi l-kollezzjoni tal-arti tal-BĊE

Il-kollezzjoni tal-arti kontemporanja tagħna tinkludi mijiet ta’ pitturi, tpinġijiet, ritratti, skulturi u oġġetti tal-arti kollha madwar il-bini tagħna. Tista’ tniżżel b’xejn l-App ECB Art il-ġdida tagħna (iOSAndroid) fuq is-smartphone jew tablet tiegħek u ara l-kollezzjoni mill-kumdità ta’ darek.

Kif nista’ nżur il-kollezzjoni ta' arti tal-BĊE?

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kulturothek jekk tixtieq tibbukkja żjara ggwidata tal-kollezzjoni ta' arti tal-BĊE.

Mafkar fil-Grossmarkthalle ta’ Frankfurt

X’inhu l-Mafkar fil-Grossmarkthalle ta’ Frankfurt?

Il-Mafkar fi Frankfurt Grossmarkthalle huwa parti mill-Mużew Lhudi ta’ Frankfurt u jinsab fil-bini ewlieni tal-BĊE. F'kapitlu makabru tal-istorja tal-bini tagħna, il-kantina tal-Grossmarkthalle kienet tintuża matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala l-post fejn kienu jinġabru l-Lhud, u kważi 10,000 ttieħdu minn hemm bil-ferrovija lejn il-kampijiet ta’ konċentrament. Il-Mafkar fil-Grossmarkthalle ta’ Frankfurt iservi bħala tfakkira ta’ dan id-delitt u s-sinifikat storiku tas-sit.

Kif nista’ nżur il-Mafkar?

Tista' żżur l-Mafkar billi tirreġistra għal tżjara ggwidata mal-Mużew Lhudi ta’ Frankfurt.

Il-Wirja Elsaesser

X’inhi l-Wirja Elsaesser?

Il-Grossmarkthalle kien iddisinjat mill-arkitett Martin Elsaesser u nbena bejn l-1926 u l-1928. Il-Wirja Elsaesser li tinsab ġewwa hija ġieħ għax-xogħol tiegħu u għall-istorja rikka tal-Grossmarkthalle. Oriġinarjament użat bħala sala għall-bejgħ bl-ingrossa, dak iż-żmien mhux biss kien wieħed mill-akbar kumplessi ta’ bini tal-belt ta’ Frankfurt am Main iżda wkoll l-ikbar struttura tal-konkrit bla pilastri fid-dinja.

Kif nista’ nżur il-Wirja Elsaesser?

Tista’ żżur il-Wirja Elsaesser billi tirreġistra għal żjara ggwidata mal-Fondazzjoni Elsaesser. Għal aktar tagħrif dwar il-Wirja Elsaesser, żur Grossmarkthalle Frankfurt.