Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-27 ta’ Frar 2015

3 ta' Marzu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 246.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 377.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 1,007.0 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 52.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 8.9 biljun għal EUR 451.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 122.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 165.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 8.9 biljun minn operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità. Barra minn hekk, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 101.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 54.0 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 37.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 42.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 234.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-27 ta’ Frar 2015 Differenza mqabbla mal-20 ta’ Frar 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-20 ta’ Frar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 26.6 biljun - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 51.2 biljun EUR 2.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 3.5 biljun EUR 0.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 5.6 biljun għal EUR 235.0 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 278,539 2,874
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,400 −324
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
199,139 3,199
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,043 −2,350
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,023 1,361
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,023 1,361
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 488,659 −13,889
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 165,352 43,238
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,959 −56,264
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 326 −880
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 22 17
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 124,869 2,968
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 611,585 1,450
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 234,176 2,651
7.2 Titoli oħra 377,409 −1,201
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 226,586 −4,373
Assi Totali 2,155,836 −11,958
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,006,962 1,962
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 272,032 659
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 234,965 5,618
2.2 Faċilità ta’ depożitu 37,067 −4,917
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −42
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,304 −14
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 97,374 −12,794
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 52,387 −18,072
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 44,987 5,278
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,479 −2,871
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,197 252
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,608 −412
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,608 −412
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 220,145 1,261
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,464 0
Total tal-passiv 2,155,836 −11,958

Kuntatti midja