Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-24 ta’ Frar 2012

28 ta' Frar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Frar 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 277.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Frar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.7 biljun USD 3.6 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 342.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 867.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 41.8 biljun għal EUR 142.2 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 1.6 biljun għal EUR 120.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 142.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 166.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 219.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 477.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 454.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 283.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Frar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 219.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 57.2 biljun u EUR 7.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 38.8 biljun għal EUR 93.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,445 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,278 −526
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,517 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
159,761 −526
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 99,874 245
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,801 289
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,801 289
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 819,682 23,350
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 166,490 23,739
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 652,097 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,020 −416
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 75 27
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 64,663 −4,533
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 626,474 1,795
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 283,609 580
7.2 Titoli oħra 342,865 1,215
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,176 0
9 Assi oħra 358,205 8,717
Assi Totali 2,692,598 29,337
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 867,396 −1,958
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 793,399 −13,801
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 93,676 −38,797
2.2 Faċilità ta’ depożitu 477,324 22,968
2.3 Depożiti fissi 219,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,899 2,028
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,329 398
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 153,640 43,069
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 142,238 41,772
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,402 1,297
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 115,851 −2,306
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,771 69
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,337 −64
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,337 −64
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 215,914 3,598
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,029 0
12 Kapitali u riżervi 81,990 333
Total tal-passiv 2,692,598 29,337

Kuntatti midja