Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Jannar 2012

17 ta' Jannar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Jannar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 4 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li sar minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009) kif ukoll għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li sar minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 271.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
12 ta’ Jannar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 6.2 biljun USD 5.7 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 344.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 876.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 3.1 biljun għal EUR 76.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 51.1 biljun għal EUR 109 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Jannar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 130.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 110.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 211.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 213-il biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 493.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 463.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 278.8 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll għal titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Jannar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 216.8 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58.6 biljun u EUR 3.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 23.9 biljun għal EUR 132.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,451 −4
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 246,024 22
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,658 7
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,366 15
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 94,543 −1,103
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,489 −1,076
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,489 −1,076
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 817,255 −18,723
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 110,881 −19,741
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 703,894 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,386 995
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 94 23
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 69,534 2,696
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 623,042 4,073
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 278,835 4,005
7.2 Titoli oħra 344,207 68
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,926 0
9 Assi oħra 345,723 3,232
Assi Totali 2,676,987 −10,884
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 876,589 −7,155
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 840,822 8,445
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 132,536 −23,931
2.2 Faċilità ta’ depożitu 493,272 29,707
2.3 Depożiti fissi 213,000 1,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,015 1,169
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,354 287
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,509 −3,214
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 76,525 −3,107
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,984 −107
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,730 −6,625
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,224 −2,424
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,777 1,413
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,777 1,413
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 208,460 −1,658
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,031 0
12 Kapitali u riżervi 81,550 47
Total tal-passiv 2,676,987 −10,884

Kuntatti midja