Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Ġunju 2011

7 ta' Ġunju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ġunju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 176.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 342.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8.5 biljun għal EUR 842.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8.2 biljun għal EUR 73.1 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.4 biljun għal EUR 336.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Ġunju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 116.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 110.8 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 75 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 20.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 19.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, jiġifieri EUR 135.3 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ġunju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.9 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 21.1 biljun għal EUR 191.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,669 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,412 28
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,885 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,527 28
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,211 270
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,024 −369
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,024 −369
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 432,134 −5,413
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 110,762 −5,340
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 321,313 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −82
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 60 10
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,304 −6,856
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 477,867 5,168
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 135,280 0
7.2 Titoli oħra 342,587 5,168
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,521 0
9 Assi oħra 301,847 5,551
Assi Totali 1,898,989 −1,621
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 842,668 8,545
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 287,112 −20,067
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 191,661 −21,099
2.2 Faċilità ta’ depożitu 20,425 1,043
2.3 Depożiti fissi 75,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 26 −11
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,618 1,123
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,724 8,128
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 73,139 8,155
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,585 −27
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,022 −1,109
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,353 641
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,307 −513
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,307 −513
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,612 0
10 Passiv ieħor 188,483 1,631
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,199 0
Total tal-passiv 1,898,989 −1,621

Kuntatti midja