Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Marzu 2011

8 ta' Marzu 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Marzu 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3 biljun għal EUR 184.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 333.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 824.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.3 biljun għal EUR 91.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 30.6 biljun għal EUR 326 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 124.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 17.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 43.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu fil-livell ta' EUR 138.2 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Marzu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.5 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 29.6 biljun għal EUR 182.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,432 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 230,703 4,189
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,436 2,864
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
155,267 1,324
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,350 −131
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,030 177
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,030 177
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 447,045 −11,370
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 124,442 4,987
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 321,835 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 758 −16,357
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 10 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,838 −661
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 471,262 1,505
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 138,191 0
7.2 Titoli oħra 333,070 1,505
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,904 0
9 Assi oħra 291,655 −6,768
Assi Totali 1,939,219 −13,059
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 824,925 5,276
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 303,748 −10,374
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 182,672 −29,596
2.2 Faċilità ta’ depożitu 43,179 18,461
2.3 Depożiti fissi 77,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 397 261
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,569 731
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 99,316 −6,433
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 91,620 −6,317
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,696 −116
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,361 −945
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,916 613
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,906 465
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,906 465
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 180,564 −2,804
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,533 0
12 Kapitali u riżervi 79,831 412
Total tal-passiv 1,939,219 −13,059

Kuntatti midja