Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta' Frar 2011

22 ta' Frar 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Frar 2011, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru 1 tal-attiv) baqgħu ma nbidlux.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 181.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Frar 2011 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 70 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli , minbarra dawk miżmumin għal għanijiet ta’ politika monetarja (il-partita nru 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 331.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 819.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 83.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 23.7 biljun għal EUR 360.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Frar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  156.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 137 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 34.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 17-il biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmumin għal għanijiet ta’ politika monetarja (il-partita nru 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 137.8 biljun. Din iż-żieda kienet ir-riżultat nett ta’ xiri u titoli li mmaturaw imħallsin skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Frar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.1 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 16.7 biljun għal EUR 222.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,432 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 227,453 −2,309
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 72,623 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
154,830 −2,309
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,443 395
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,324 −519
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,324 −519
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 471,482 −6,181
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 137,015 −19,695
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 320,291 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 14,173 13,518
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 −4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 51,466 2,172
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 469,087 1,371
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,838 671
7.2 Titoli oħra 331,249 700
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,904 0
9 Assi oħra 288,901 7,419
Assi Totali 1,958,491 2,349
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 819,451 −2,220
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 333,245 802
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 222,145 −16,668
2.2 Faċilità ta’ depożitu 34,482 17,453
2.3 Depożiti fissi 76,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 118 17
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,846 −45
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,235 1,057
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 83,476 1,096
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,759 −39
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,444 −1,044
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,144 756
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,445 −2,285
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,445 −2,285
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 186,355 5,327
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,533 0
12 Kapitali u riżervi 79,243 0
Total tal-passiv 1,958,491 2,349

Kuntatti midja