Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Jannar 2009

20 ta' Jannar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Jannar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 26 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 10.7 biljun għal EUR 348.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità. Nhar il-Ħamis, 15 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 47.6 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 21.3 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 41.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 58 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 15 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.1 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.1 biljun, b’maturità ta’ 28 jum, u mmaturat operazzjoni swap oħra f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 3.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn l-operazzjonijiet swap f’kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’munita barranija EUR/CHF ta’ CHF 25.2 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 28.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 279.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.9 biljun għal EUR 743.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.1 biljun għal EUR 97.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 29.6 biljun għal EUR 539.4 biljun. Ta’ min jinnota li t-tnaqqis ta’ EUR 2.3 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati (il-partita nru. 2.4 tal-passiv) jirreferi għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja mmexxija min-Národná banka Slovenska qabel ma ssieħeb mal-Eurosistema.

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 216.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 203.8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 7.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 281.4 biljun (meta mqabbel ma’ 315.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 11.7 biljun għal EUR 169.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,366 −26
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,123 −380
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,218 4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,905 −384
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 204,802 −13,237
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,481 964
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,481 964
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 821,887 −6,647
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 204,501 −12,330
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 610,188 27
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 7,107 5,649
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 91 7
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,260 −19,601
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 279,790 −429
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,438 0
9 Assi oħra 230,508 4,444
Assi Totali 2,010,655 −34,911
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 743,269 −7,863
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 450,764 −24,513
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 169,237 11,701
2.2 Faċilità ta’ depożitu 281,393 −33,861
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −2,305
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 134 −48
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 271 −54
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 1,003 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 106,609 7,957
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 97,917 7,147
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,692 810
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 270,975 −11,144
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,427 634
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,932 −3,585
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,932 −3,585
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 174,232 3,660
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,138 −2
Total tal-passiv 2,010,655 −34,911

Kuntatti midja