Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema
tat-28 ta’ Marzu 2008

1 ta' April 2008

Rimarki introduttorji

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu, ta’ l-14 ta’ Marzu u tal-21 ta’ Marzu 2008, lanqas ma ppermettew il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ tat-28 ta’ Marzu 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ pprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Marzu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 10.3 biljun għal EUR 149.3 biljun minħabba operazzjoni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, li mmaturat fis-27 ta’ Marzu 2008 (operazzjoni mmexxija mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament, reċiproku u temporanju, dwar il-munita (linja swap) bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System), u minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 108.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 661 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.2 biljun għal EUR 77.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 0.3 biljun għal EUR 483.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 202 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 216 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 48.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 15-il biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.8 biljun għal EUR 223.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 201,136 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 140,856 1,457
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,023 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,833 1,461
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 34,620 9,332
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,915 72
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,915 72
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 484,539 −96
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 216,130 14,396
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,377 1,011
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −15,000
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −498
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 32 −5
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,840 604
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 108,332 1,045
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,640 0
9 Assi oħra 335,415 2,166
Assi Totali 1,393,293 14,579
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 661,022 −4,727
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 224,581 3,983
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 223,384 3,791
2.2 Faċilità ta’ depożitu 962 235
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 235 −43
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 212 −4
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,815 4,100
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 77,137 4,190
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,678 −90
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,603 10,807
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,259 −258
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,589 787
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,589 787
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 0
10 Passiv ieħor 130,641 −99
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,666 0
12 Kapitali u riżervi 70,594 −10
Total tal-passiv 1,393,293 14,579

Kuntatti midja