Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Ewrosistema tat-8 ta’ Frar 2008

12 ta' Frar 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Frar 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 38 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess f’EUR 151.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 100.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 653.4 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 45.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 5.5 biljun għal EUR 429.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Frar 2008, operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 167.5 biljun immaturat u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 161.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 196.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 201,414 −38
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 140,789 −2,257
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,119 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,670 −2,255
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 36,977 2,452
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,006 505
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,006 505
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 430,434 −5,565
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 161,501 −6,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,491 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 432 428
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 10 7
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,631 −64
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 100,664 1,324
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,634 0
9 Assi oħra 333,743 1,017
Assi Totali 1,328,292 −2,626
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 653,384 760
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 197,236 −2,004
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 196,530 −1,941
2.2 Faċilità ta’ depożitu 356 −154
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 350 91
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 256 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,067 −2,990
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 45,098 −2,722
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,969 −268
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,656 −141
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,026 −275
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,747 480
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,747 480
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 0
10 Passiv ieħor 133,294 1,545
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,665 0
12 Kapitali u riżervi 69,650 −1
Total tal-passiv 1,328,292 −2,626

Kuntatti midja