Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Reviżjoni tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE

17 ta' Diċembru 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ser joħroġ rapport intitolat “Reviżjoni tar-rekwiżiti fil-qasam ta’ l-Istatistika Ekonomika Ġenerali”. Dan ir-rapport juri l-ħtiġijiet tiegħu dwar l-istatistika ekonomika taż-żona ta’ l-euro, b’mod partikolari d-data dwar prezzijiet u spejjeż, kontijiet nazzjonali, s-suq tax-xogħol, indikaturi fuq żmien qasir ta' produzzjoni u domanda, u stħarriġ dwar in-negozju u l-konsumatur. Din l-istatistika hi, l-biċċa l-kbira, prodotta mill-Ewrostat u istituti ta’ statistika nazzjonali. Ir-rapport jaġġorna pubblikazzjoni simili maħruġa f’Awwissu 2000.

Mir-rapport ta’ qabel s’issa sar progress konsiderevoli. Rekwiżiti differenti tal-BĊE għall-istatistika ekonomika twettqu, u qed jitħejjew inizjattivi importanti oħra f’dan il-qasam li huma sostnuti mill-BĊE. Dawn jinkludu titjib tal-qafas legali għall-kontijiet ta’ kull trimestru taż-żona ta’ l-euro għal setturi istituzzjonali u għal indikaturi fuq żmien qasir; adozzjoni, disponibbiltà u puntwalità mtejba ta’ l-Indikaturi Ewlenin ta’ l-Ekonomija Ewropea; koordinament aħjar tal-linji politiċi nazzjonali u Ewropej dwar il-pubblikazzjoni u r-reviżjoni ta’ dawn l-indikaturi; u metodi iżjed effettivi u effiċjenti għall-ġbir ta’ statistika għaż-żona ta’ l-euro. Madankollu, ir-rapport attwali hu favur fokus iżjed qawwi fuq il-ġbir puntwali u serju ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro u jinkludi proposta biex il-politika dwar il-pubblikazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istatistika nazzjonali ekonomika ġenerali jiġu koordinati mal-ħtiġijiet ta’ l-aggregati taż-żona ta’ l-euro.

L-oġġettiv tar-rapport hu li jinħoloq bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-BĊE fuq in-naħa ’l waħda u l-ħtieġa ta’ min jipproduċi l-istatistika li jistabbilixxi l-prijoritajiet. Minħabba dan, ir-rekwiżiti msemmija għaż-żona ta’ l-euro fl-intier tagħha kienu normalment qed jiġu derivati bl-użu ta’ stàndards milħuqa mill-Istati Membri ta’ l-UE l-iżjed avvanzati. Il-puntwalità u l-istàndards għolja tar-rappurtar miksuba f’żoni ekonomiċi oħra huma meqjusa bħala oġġettiv għal żmien itwal, u wieħed għandu jżomm preżenti wkoll l-arranġamenti istituzzjonali speċifiċi fl-UE.

Ir-rapport jinsab fuq is-sit ta’ l-Internet tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu. Ir-rapport (ippublikat illum bl-Ingliż) ser ikun disponibbli f’lingwi uffiċjali oħra tal-Komunità iżjed ’l quddiem. Kopji stampati jistgħu jinkisbu wkoll billi wieħed jikteb lit-Taqsima Stampa u Informazzjoni tal-BĊE fl-indirizz ta' hawn taħt.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja