Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjoni tal-BĊE dwar ir-regoli applikabbli għall-investigazzjonijiet ta’ l-OLAF

3 ta' Ġunju 2004

Illum, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċenrali Ewropew (BĊE) addotta d-Deċiżjoni (BĊE/2004/11) dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) dwar il-Bank Ċentrali Ewropew.

Id-Deċiżjoni tal-BĊE hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju, 1999, dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF), u ġiet addottata bħala tweġiba għas-sentenza tal-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja ta’ l-10 ta’ Lulju, 2003. Hija tistabbilixxi r-regoli li skondhom l-OLAF imexxi l-investigazzjonijiet interni fi ħdan il-BĊE fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivita` illegali oħra li hi ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-Deċizjoni tal-BĊE wkoll tipprovdi li l-BĊE se jikkoopera bis-sħiħ ma’ l-OLAF. Barra minn dan, tipprovdi li s-setgħat investigattivi ta’ l-OLAF huma applikabbli għall-ħidmiet kollha tal-BĊE. F’każijiet eċċezzjonali, li fihom iċ-ċirkolazzjoni ta’ ċerta informazzjoni barra l-BĊE tista` iddgħajjef serjament il-funzjoni tal-BĊE, huwa l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE li jkun il-mezz li jagħti lill-OLAF aċċess għal din l-informazzjoni.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja