Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Evalwazzjoni tas-Sistemi ta’ Ħlas ta’ Titoli Tal-Pajjiżi Fil-Fażi ta’ Adeżjoni fil-Konfront ta’ l-Istàndards Għall-użu tas-Sistemi ta’ Ħlas ta’ Titoli ta’ l-UE fl-Operazzjonijiet ta’ Kreditu tas-sistema Ewropea

28 ta' Jannar 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ser jippubblika rapport intitolat “Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli tal-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni fil-konfront ta’ l-istàndards għall-użu tas-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli ta’ l-UE fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-sistema ewropea”.[1] (pdf 637 kB). F’Novembru ta’ l-1997, l-Istitut Monetarju Ewropew stabilixxa disa’ stàndards li s-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli illi qed jimmiraw biex jikkwalifikaw għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-Sistema Ewropea, kellhom, u għad iridu jibqgħu, jikkonformaw magħhom. Dawn ġew ippubblikati f’Jannar ta’ l-1998 u jistgħu jinstabu fuq il-website tal-BĊE (pdf 111 kB). Dawn l-istàndards joħolqu l-qafas neċessarju għat-tnaqqis ta’ riskji rrelatati mal-ħlas ta’ l-operazzjonijiet ta’ kreditu u mal-konservazzjoni tal-garanziji kollaterali matul dawn l-operazzjonijiet.

L-iskop ewlieni ta’ din l-evalwazzjoni hu li tagħti l-għajnuna lill-banek ċentrali fil-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni biex jidentifikaw dawk l-elementi ta’ l-arranġamenti tagħhom għall-ħlas ta’ titoli li jkun għad hemm bżonn li jiġu eżaminati sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb ta’ l-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-Sistema Ewropea. Evalwazzjoni formali ta’ l-eliġibilità tas-sistemi ta’ ħlas tat-titoli għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-Sistema Ewropea ser issir hekk kif dawn is-sistemi jkunu qed jimmaniġġjaw il-garanziji kollaterali eliġibbli għall-dawn l-operazzjonijiet.

Din l-evalwazzjoni wriet illi l-infrastruttura tat-titoli f’numru ta’ pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni tista’ tiġi diġà meqjusa bhala relattivament adegwata. Kważi l-21 sistema kollha ta’ ħlas tat-titoli li ġew evalwati jistgħu jiġu meqjusa eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-Sistema Ewropea taħt ċerti kondizzjonijiet operattivi.[2] Madankollu, għandu jiġi nnutat illi s-sistemi ta’ ħlas ta’ titoli fil-pajjjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni m’humiex avvanzati b’mod ugwali. Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, l-infrastruttura ta’ l-approvazzjoni u tal-ħlas tat-titoli żviluppat sew tul l-aħħar għaxar snin. F’dan iż-żmien, ftit mill-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni ma żviluppawx l-infrasttutura tagħhom tat-titoli mħabba nuqqas ta’ riżorsi kif ukoll mħabba volum żgħir ta’ transazzjonijiet ta’ titoli, li xekklu l-irkupru ta’ l-ispejjeż ta’ l-investiment. Madankollu, numru ta’ pajjiżi oħra jidhru illi approfittaw ruħhom mill-fatt illi kellhom jibnu infrastrutturi kompletament ġodda. L-awtoritajiet ikkonċernati fil-maġġoranza ta’ dawn il-pajjiżi impenjaw ruħhom sew biex iġibu l-infrastrutturi tagħhom konformi ma stàndards rikonoxxuti internazzjonalment.

Iżjed dettalji jingħataw fir-rapport. Din il-pubblikazzjoni tista’ tinstab fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.europa.eu). Kopji tal-materjal stampat jistgħu jinkisbu minn min jitlobhom mill-BĊE fl-indirizz indikat hawn taħt.

  1. [1] Huwa importanti illi wieħed jinnota li l-frażi “pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni” f’dan il-kuntest tirreferi għat-total ta’ 12-il pajjiż, jiġifieri l-għaxar pajjiżi aderenti li ser jissieħbu l-UE f’Mejju ta’ l-2004 kif ukoll il-Bulgarija u r-Rumanija.

  2. [2] F’Ċipru, it-titoli tal-Gvern użati għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru qed jiġu żmaterjalizzati u r-reġistri qed jiġu trasferiti mill-bank Ċentrali ta’ Ċipru għad-Depożitarju Ċentrali u l-Uffiċju ta’ Reġistrazzjoni Ċentrali (Central Depositary and Central Reġistry – CDCR). Sakemm dan il-proġett ikun għadu fil-proċeess illi jiġi kkompletat, liema kompletazzjoni hi maħsuba li tkun saret fl-2004, is-CDCR ikun meqjus eliġibbbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tas-Sistema Ewropea fuq il-bażi ta’ depożitu minn qabel kkombinat mal-kunsinna bla ħlas tat-titoli.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja