Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (b'żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Ġunju 2011

Operazzjonijiet tas-Suq

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema b’saldu sa Ottubru 2011

Fid-9 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv ħa deċiżjoni dwar il-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti li se jiġu applikati fil-qafas tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema sal-11 ta’ Ottubru 2011. Dan it-tagħrif ingħata fi stqarrija għall-istampa ppubblikata dakinhar stess.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar l-introduzzjoni ta’ skema ta’ kumpens għal istituzzjonijiet bankarji għaddejjin minn diffikultajiet fid-Danimarka

Fl-24 ta’ Mejju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru Daniż tal-Ekonomija, l-Industrija u l-Kummerċ (CON/2011/45).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma tas-superviżjoni tas-suq finanzjarju fil-Litwanja

Fit-30 ta’ Mejju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Litwan (CON/2011/46).

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni ġdida fuq ir-reġistru tal-kreditu fil-Latvja

Fit-3 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Latvijas Banka (CON/2011/47).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rwol ta’ Národná banka Slovenska fir-rigward tas-superviżjoni finanzjarja u l-kreditu għall-konsumatur

Fl-10 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Slovakk (CON/2011/49).

Opinjoni tal-BĊE dwar l-istruttura tal-kapital u tal-ġestjoni tad-Depożitu Ċentrali Bulgaru

Fl-20 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Bulgaru (CON/2011/50).

Statistika

Żieda ta’ qasam ġdid fil-qafas għad-disseminazzjoni konġunta tal-Eurosistema

Fl-10 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv approva l-pubblikazzjoni regolari, li għandha tibda minn Lulju 2011, ta’ statistika trimestrali aggregata għaż-żona tal-euro dwar is-settur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni bħala qasam ġdid fil-qafas għad-disseminazzjoni konġunta tal-Eurosistema.

Governanza korporattiva

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

Fid-9 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-President tal-Kunsill Ewropew (CON/2011/48).

Rakkomandazzjoni tal-BĊE dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank

Fid-9 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta Rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2011/7). Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fil-15 ta’ Ġunju 2011 u tinsab ukoll fil-websajt tal-BĊE.

Il-karti tal-flus

Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-proċeduri għall-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u s-sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro

Fil-21 ta’ Ġunju 2011 il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni dwar il-proċeduri għall-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u s-sigurtà għall-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2011/8). Din id-Deċiżjoni ma ddumx ma tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja