Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Novembru 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta' Novembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 229 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
15 ta' Novembru 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.2 biljun | USD 3.3 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 309.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 888.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.8 biljun għal EUR 97.6 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 30.3 biljun għal EUR 698.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta' Novembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 79.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 75.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 12.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 15.9 biljun, waqt li EUR 3.5 biljun tħallsu qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 215.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 248.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 278 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta' Novembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.5 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 53 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 24.5 biljun għal EUR 558.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 479,109 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 258,970 | 2,094 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 89,571 | −276 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
169,400 | 2,370 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 37,191 | −133 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,801 | 503 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,801 | 503 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,124,344 | −3,510 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 75,214 | −4,259 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,047,294 | −203 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,822 | 940 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 14 | 12 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 235,483 | 2,186 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 587,118 | −2,298 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 277,960 | −205 | |
7.2 | Titoli oħra | 309,158 | −2,093 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,011 | 0 | |
9 | Assi oħra | 273,278 | 3,591 | |
Assi Totali | 3,041,305 | 2,434 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 888,282 | −2,028 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 984,633 | −9,339 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 558,511 | 24,513 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 215,900 | −32,610 | |
2.3 | Depożiti fissi | 208,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,722 | −1,243 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,793 | −40 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 148,236 | 8,677 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 97,587 | 10,786 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 50,649 | −2,109 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 172,713 | 2,530 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,167 | 3,043 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,785 | −1,132 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,785 | −1,132 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,243 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 235,078 | 722 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 452,824 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,552 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,041,305 | 2,434 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja