Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Ġunju 2012

12 ta' Ġunju 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Ġunju 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.8 biljun għal EUR 225 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
7 ta’ Ġunju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 1.5 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 324.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.7 biljun għal EUR 888.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 113.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 66 biljun għal EUR 183.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 51.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 119.4 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 212-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 788.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 785 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 281.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li sar skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamel tajjeb għat-titoli mifdija li kienu nxtraw skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Ġunju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 212.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.3 biljun u EUR 12.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 6.9 biljun għal EUR 87.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 432,702 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,526 929
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,085 4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
158,441 925
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 49,069 −8
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,616 −974
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,616 −974
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,185,060 69,544
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 119,370 68,193
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,063,629 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,949 1,239
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 112 111
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 189,547 −61,046
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 605,665 552
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 281,242 419
7.2 Titoli oħra 324,423 133
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,583 0
9 Assi oħra 255,914 −1,906
Assi Totali 3,009,684 7,091
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 888,613 3,738
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,088,326 −3,374
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 87,070 −6,948
2.2 Faċilità ta’ depożitu 788,218 3,245
2.3 Depożiti fissi 212,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,039 328
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,913 514
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 124,720 −4,306
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 113,776 −4,316
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,944 10
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,600 13,181
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,006 −1,485
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,890 611
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,890 611
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,716 0
10 Passiv ieħor 220,707 −2,174
11 Kont tar-rivalutazzjoni 399,445 0
12 Kapitali u riżervi 85,747 385
Total tal-passiv 3,009,684 7,091
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja