Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ Jannar 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Jannar 2010, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 158.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
20 ta’ Jannar 2010 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 2.2 biljun | CHF 0.8 biljun |
21 ta’ Jannar 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.2 biljun | USD 0.08 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjonijiet swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Kif tħabbar fit-18 ta’ Jannar 2010, dawn l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri mhux se jibqgħu jsiru wara l-31 ta’ Jannar 2010.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 296.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 783.4 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14-il biljun għal EUR 124.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 90.1 biljun għal EUR 577.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 60.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 58 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 5.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 143.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 232.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 32.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Jannar 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 81.9 biljun għal EUR 244.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 266,918 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 195,138 | −1,273 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 62,822 | 6 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,316 | −1,279 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,812 | −358 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,395 | 71 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,395 | 71 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 720,920 | 1,045 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 58,629 | −2,078 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 662,188 | 3,085 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 83 | 37 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 19 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,468 | 1,204 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 328,848 | 1,675 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 32,054 | 2,160 | |
7.2 | Titoli oħra | 296,793 | −485 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,171 | 0 | |
9 | Assi oħra | 248,673 | −2,627 | |
Assi Totali | 1,870,342 | −264 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 783,351 | −4,552 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 387,294 | −7,222 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 244,221 | 81,861 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 143,073 | −89,074 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −10 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 293 | −224 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 133,000 | 13,906 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 124,445 | 13,980 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,554 | −74 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,016 | −2,388 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,967 | −26 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,428 | −787 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,428 | −787 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 51,249 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 166,502 | 1,029 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 220,213 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 74,028 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,870,342 | −264 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja