X’inhi l-politika monetarja?

10 ta' Lulju 2015

Il-politika monetarja għandha x’taqsam mad-deċiżjonijiet li jieħdu l-banek ċentrali biex jinfluwenzaw il-kost u d-disponibbiltà tal-flus fl-ekonomija.

Fiż-żona tal-euro, l-iżjed deċiżjoni importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew f’dan ir-rigward normalment ikollha x’taqsam mar-rati tal-imgħax ewlenin. Kull bidla li jagħmel il-BĊE f’dawn ir-rati mbagħad tolqot ir-rati tal-imgħax li l-banek kummerċjali jimponu fuq il-klijenti tagħhom meta dawn jissellfu l-flus. Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni tinfluwenza l-infiq tal-konsumaturi u l-investiment tan-negozji. Fil-każ tal-BĊE, l-għan tal-politika monetarja huwa li l-prezzijiet jinżammu stabbli, i.e. li l-inflazzjoni tinżamm taħt iżda qrib 2% għal żmien medju. B’hekk il-BĊE jkun qiegħed isostni l-politika ekonomika ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jinstab xogħol għal kulħadd u jkun hemm tkabbir ekonomiku.

Fi żminijiet ta’ inflazzjoni baxxa u rati tal-imgħax baxxi fit-tul, il-banek ċentrali jistgħu wkoll jadottaw miżuri straordinarji tal-politika monetarja, bħal programmi ta’ xiri ta’ assi.