European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Frar 2013

5 ta' Frar 2013

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Frar 2013 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2 biljun għal EUR 216.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
31 ta’ Jannar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 20 miljun USD 1 biljun
31 ta’ Jannar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 4.1 biljun USD 0.3 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 305.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 883.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 53.6 biljun għal EUR 72.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 114.5 biljun għal EUR 625.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Jannar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 125.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 124.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 208.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 6.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.7 biljun, waqt li tħallas ammont ta’ EUR 137.2 biljun qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) baqa’ kważi l-istess, jiġifieri qrib żero, waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 181 biljun (imqabbel ma’ EUR 207.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 270.9 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li nfdew titoli mixtrija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Frar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.4 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 49.1 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 71.4 biljun għal EUR 408.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 438,687 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 255,050 1,142
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 87,346 −55
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,704 1,197
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,703 −2,507
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,045 49
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,045 49
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,015,482 −140,751
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 124,149 −1,153
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 891,327 −139,602
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 7 5
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127,288 −4,032
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 575,967 −6,807
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 270,869 −4,367
7.2 Titoli oħra 305,099 −2,440
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,912 −50
9 Assi oħra 276,561 −6,130
Assi Totali 2,769,695 −159,085
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 883,854 1,928
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 797,938 −97,635
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 408,150 −71,350
2.2 Faċilità ta’ depożitu 180,957 −26,241
2.3 Depożiti fissi 208,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 331 −45
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,792 217
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,581 −54,946
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 72,546 −53,568
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,035 −1,378
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 179,126 −5,935
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,509 −380
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,549 1,010
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,549 1,010
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,952 0
10 Passiv ieħor 234,435 −3,316
11 Kont tar-rivalutazzjoni 407,378 0
12 Kapitali u riżervi 85,581 −28
Total tal-passiv 2,769,695 −159,085
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja