- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
- 30 ta’ Jannar 2020
Il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jibqa’ kostanti wara li l-Bank of England jirtira mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali
- Il-kapital sottoskritt totali tal-BĊE se jibqa’ ta’ €10.8 biljun.
- Il-BĊE se jħallas lura s-sehem tal-Bank of England fil-kapital imħallas tiegħu (€58 miljun)
- Is-sehem tal-Bank of England fil-kapital sottoskritt tal-BĊE se jiġi ri-allokat fost il-banek ċentrali nazzjonali l-oħrajn
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jżomm il-kapital sotoskritt tiegħu kostanti fil-livell ta’ €10.8 biljun wara li l-Bank of England jirtira mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Is-sehem attwali tal-Bank of England fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li hu ta’ 14.3%, se jiġi ri-allokat kemm fost il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊN) kif ukoll fost il-BĊN l-oħra barra ż-żona tal-euro.
Il-Bank of England se jirtira mis-SEBĊ bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Hu għandu 14.3% tal-kapital sottoskritt tal-BĊE, li minnu 3.75% – ekwivalenti għal €58 miljun – hu mħallas. Dan l-ammont se jitħallas lura mill-BĊE skont it-termini tal-Ftehim tal-Irtirar bejn ir-Renju Unit u l-UE.
Għalhekk, il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jiġi ri-allokat fost il-BĊN l-oħra abbażi ta’ skema aġġornata għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-BĊE. L-ippeżar se jerġa’ jiġi kalkolat abbażi tas-sehem ta’ kull Stat Membru fil-popolazzjoni totali u l-prodott domestiku gross (PDG) tal-Unjoni Ewropea wara li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Il-BĊN taż-żona tal-euro jħallsu 100% tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom għall-kapital tal-BĊE, waqt li l-BĊN barra ż-żona tal-euro jħallsu 3.75% tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom. Billi l-ishma tal-BĊN taż-żona tal-euro se jiżdiedu, u se jitħallsu kompletament, dan se jwassal għal żieda fil-kapital imħallas tal-BĊE minn €7,659 miljun fl-2020 għal €8,880 miljunfl-2022, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-kapital imħallas tal-BĊE se jibqa’ kif kien fis-sena tal-irtirar tar-Renju Unit mill-UE billi l-BĊN l-oħra se jkopru l-kapital imħallas u rtirat tal-Bank of England ta’ €58 miljun. Il-BĊN taż-żona tal-euro mbagħad iħallsu is-sottoskrizzjonijiet miżjuda tagħhom, bl-ewwel rata dovuta fl-2021. Dawn il-bidliet huma investiment li jidher fil-karti tal-bilanċ tal-BĊN.
Tqassim tal-kontribuzzjonijiet wara Brexit
BĊN taż-żona tal-euro |
Skema tal-kapital |
Kapital sottoskritt |
Kapital imħallas |
||
2020 |
2021 |
2022 |
|||
% |
EUR |
EUR |
EUR |
EUR |
|
Nationale Bank van België/ Banque Nationale de Belgique |
2.9630 |
320,744,959 |
276,290,917 |
298,517,938 |
320,744,959 |
Deutsche Bundesbank |
21.4394 |
2,320,816,566 |
1,999,160,135 |
2,159,988,350 |
2,320,816,566 |
Eesti Pank |
0.2291 |
24,800,091 |
21,362,892 |
23,081,492 |
24,800,091 |
Central Bank of Ireland |
1.3772 |
149,081,997 |
128,419,794 |
138,750,896 |
149,081,997 |
Bank of Greece |
2.0117 |
217,766,667 |
187,585,028 |
202,675,847 |
217,766,667 |
Banco de España |
9.6981 |
1,049,820,011 |
904,318,913 |
977,069,462 |
1,049,820,011 |
Banque de France |
16.6108 |
1,798,120,274 |
1,548,907,580 |
1,673,513,927 |
1,798,120,274 |
Banca d’Italia |
13.8165 |
1,495,637,102 |
1,288,347,435 |
1,391,992,268 |
1,495,637,102 |
Central Bank of Cyprus |
0.1750 |
18,943,762 |
16,318,228 |
17,630,995 |
18,943,762 |
Latvijas Banka |
0.3169 |
34,304,447 |
29,549,980 |
31,927,214 |
34,304,447 |
Lietuvos bankas |
0.4707 |
50,953,308 |
43,891,372 |
47,422,340 |
50,953,308 |
Banque centrale du Luxembourg |
0.2679 |
29,000,194 |
24,980,876 |
26,990,535 |
29,000,194 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0.0853 |
9,233,731 |
7,953,971 |
8,593,851 |
9,233,731 |
De Nederlandsche Bank |
4.7662 |
515,941,487 |
444,433,941 |
480,187,714 |
515,941,487 |
Oesterreichische Nationalbank |
2.3804 |
257,678,468 |
221,965,204 |
239,821,836 |
257,678,468 |
Banco de Portugal |
1.9035 |
206,054,010 |
177,495,700 |
191,774,855 |
206,054,010 |
Banka Slovenije |
0.3916 |
42,390,728 |
36,515,533 |
39,453,130 |
42,390,728 |
Národná banka Slovenska |
0.9314 |
100,824,116 |
86,850,273 |
93,837,195 |
100,824,116 |
Suomen Pankki – Finlands Bank |
1.4939 |
161,714,781 |
139,301,721 |
150,508,251 |
161,714,781 |
Subtotal għall-grupp ta’ BĊN taż-żona tal-euro |
81.3286 |
8,803,826,700 |
7,583,649,493 |
8,193,738,097 |
8,803,826,700 |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0.9832 |
106,431,470 |
3,991,180 |
3,991,180 |
3,991,180 |
Česká národní banka |
1.8794 |
203,445,183 |
7,629,194 |
7,629,194 |
7,629,194 |
Danmarks Nationalbank |
1.7591 |
190,422,699 |
7,140,851 |
7,140,851 |
7,140,851 |
Hrvatska narodna banka |
0.6595 |
71,390,922 |
2,677,160 |
2,677,160 |
2,677,160 |
Magyar Nemzeti Bank |
1.5488 |
167,657,709 |
6,287,164 |
6,287,164 |
6,287,164 |
Narodowy Bank Polski |
6.0335 |
653,126,802 |
24,492,255 |
24,492,255 |
24,492,255 |
Banca Naţională a României |
2.8289 |
306,228,625 |
11,483,573 |
11,483,573 |
11,483,573 |
Sveriges Riksbank |
2.9790 |
322,476,961 |
12,092,886 |
12,092,886 |
12,092,886 |
Subtotal għall-grupp ta’ BĊN barra ż-żona tal-euro |
18.6714 |
2,021,180,370 |
75,794,264 |
75,794,264 |
75,794,264 |
Total |
100.0000 |
10,825,007,070 |
7,659,443,757 |
8,269,532,360 |
8,879,620,963 |
Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib sal-eqreb euro.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.
Noti:
- Informazzjoni dwar is-Sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE
- Niċċaraw: Ta’ min hu l-BĊE?
- Kontijiet annwali tas-SEBĊ u tal-BĊE
- L-atti legali rilevanti dwar il-kontribuzzjonijiet tal-BĊN għall-kapital tal-BĊE wara Brexit se jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja- 30 January 2020