Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Awwissu 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.1 biljun għal EUR 272.5 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
25 ta’ Awwissu 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 10 miljun | USD 1,340 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 337.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 3.7 biljun għal EUR 1,093.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 28.9 biljun għal EUR 171.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 13.4 biljun għal EUR 180.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 42.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 346.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 358.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.6 biljun għal EUR 1,351.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-26 ta’ Awwissu 2016 | Differenza mqabbla mad-19 ta’ Awwissu 2016 – xiri | Differenza mqabbla mad-19 ta’ Awwissu 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 16.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 189.2 biljun | +EUR 0.8 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.2 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 19.3 biljun | +EUR 1.5 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 990.8 biljun | +EUR 10.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 108.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 0.9 biljun għal EUR 740.0 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,141 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 310,056 | 1,185 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,244 | −1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
232,812 | 1,185 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 32,619 | 469 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,224 | 35 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,224 | 35 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 526,795 | 1,135 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 42,778 | 1,126 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 483,982 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 36 | 9 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 95,652 | 1,818 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,688,979 | 12,508 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,351,823 | 12,567 | |
7.2 | Titoli oħra | 337,157 | −58 | |
8 | Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 219,543 | 13 | |
Assi Totali | 3,330,487 | 17,164 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,093,085 | −3,714 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,086,462 | −13,143 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 739,999 | −893 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 346,426 | −12,275 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 36 | 25 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 4,151 | 278 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 270,176 | 29,280 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 171,578 | 28,854 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 98,598 | 426 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 81,236 | 3,829 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,072 | 20 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 8,622 | 549 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,622 | 549 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 203,439 | 64 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,835 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,330,487 | 17,164 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja