Reviżjoni tal-istrateġija
Ma nħallu l-ebda opportunità taħrabilna
L-għan tar-reviżjoni tal-istrateġija tal-BĊE hu li niżguraw li l-istrateġija tal-politika monetarja tagħna hija adatta għall-iskop, kemm illum kif ukoll fil-futur.
Ir-reviżjoni tal-istrateġija tkopri l-aspetti kollha tal-politika monetarja tagħna, fil-qafas tal-mandat tagħna li huwa li nżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet. Ir-reviżjoni ser tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa u tieħu approċċ b’moħħ miftuħ.
Bħala parti mir-reviżjoni tal-istrateġija, irridu nisimgħu opinjonijiet minn madwar l-Ewropa, inklużi dawk miċ-ċittadini, akkademiċi, Membri tal-Parlament Ewropew u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Attivitajiet fejn nisimgħukom fl-Ewropa kollha
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro qed jospitaw diversi attivitajiet ta’ smigħ mal-pubbliku ġenerali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika. L-ideat u l-perspettivi li naqsmu f'dawn l-avvenimenti se jinfluwenzaw ir-reviżjoni tal-istrateġija.
Ħarsa ġenerali lejn l-avvenimenti kollha tas-smigħ Il-BĊE Jisma’ – Rapport fil-qosor tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminuTlabnikom il-fehmiet tagħkom – u smajnikom!
Aħna ġbarna l-opinjonijiet, is-suġġerimenti u t-tħassib tagħkom fuq firxa ta’ suġġetti permezz tal-Portal il-BĊE Jisma’ biex nifhmu aħjar il-perspettivi tiegħek dwar l-ekonomija, u dak li tistenna mill-bank ċentrali tiegħek.
Il-BĊE Jisma’ – Rapport fil-qosor tar-risposti fil-Portal il-BĊE Jisma’ Iktar informazzjoniKif qed nagħmlu din ir-reviżjoni?
L-informazzjoni li niġbru waqt l-avvenimenti ta’ smigħ, l-ideat li tippreżenta lil din il-websajt u x-xogħol li jsir mill-membri tal-persunal tal-bank ċentrali se jiddaħħlu fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Flussi ta’ xogħolTrid tkun taf aktar?
Għaliex qegħdin nirrivedu l-istrateġija tagħna issa? X’qed teżamina din ir-reviżjoni? Iċ-ċittadini kif jistgħu jagħtu l-fehma tagħhom? L-istrateġija tar-reviżjoni taffettwa l-politika monetarja attwali? Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u iżjed.
Q&AsQED TFITTEX L-AĦĦAR TAGĦRIF FUQ IR-REVIŻJONI TAL-ISTRATEĠIJA
SIBU HAWN TAĦT