Muniti kommemorattivi ta' €2 – 2016
Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandhom mnejn ivarjaw xi ftit minn materjal ieħor pubblikat f’din il-websajt.
Il-Greċja
Tema: Il-150 sena minn meta l-Monasteru Arkadi ngħata n-nar
Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-Monasteru Arkadi. Fin-nofs hemm minqux il-kliem ‘MONASTERU ARKADI’ u matul ix-xifer ta’ ġewwa fuq ix-xellug jidher il-kliem ‘REPUBBLIKA ELLENIKA’ bil-Grieg. Fin-naħa ta’ fuq mal-lemin tidher is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita u taħt l-iskrizzjoni ċentrali hemm il-marka taz-Zekka Griega. Isfel fuq il-lemin tidher il-monogramma tal-artist Georgios Stamatopoulos. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2016
Il-Greċja
Tema: Il-120 sena mit-twelid ta’ Dimitri Mitropoulos
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha ta’ wiċċ Dimitri Mitropoulos fuq sfond ta’ noti mużikali. Minqux madwar ix-xifer ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem ‘120 SENA MIT-TWELID TA’ DIMITRI MITROPOULOS’ u ‘REPUBBLIKA ELLENIKA’ bil-Grieg. Fin-naħa ta’ fuq max-xellug tidher is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita u l-marka taz-Zekka Griega. Isfel fuq il-lemin tidher il-monogramma tal-artist Georgios Stamatopoulos. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 750,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2016
Andorra
Tema: Il-25 anniversarju tar-Radju u t-Televiżjoni ta’ Andorra
Deskrizzjoni: Id-disinn juri mikrofonu u antenna mdawrin b’bosta ċrieki, bl-iskrizzjoni ‘25è ANIVERSARI DE RÀDIO I TELEVISIÓ D’ANDORRA’ (25 anniversarju tar-radju u t-televiżjoni ta’ Andorra), is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita u l-isem tal-istat li ħariġha ‘ANDORRA’. Din il-munita kommemorattiva tfakkar il-25 anniversarju tat-twaqqif tax-xandir pubbliku ta’ Andorra, meta bdew ixandru r-radju u t-televiżjoni pubbliċi ta’ Andorra. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2016
Andorra
Tema: Il-150 sena tar-Riforma l-Ġdida tal-1866
Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-sala ewlenija ta’ ‘Casa de la Vall’ (il-bini tal-Parlament ta’ Andorra) bl-iskrizzjoni ‘150 ANYS DE LA NOVA REFORMA DE 1866’ (150 sena tar-Riforma l-Ġdida tal-1866), is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita u l-isem tal-istat li ħariġha ‘ANDORRA’. Din il-munita kommemorattiva tfakkar il-150 sena tad-Digriet tar-Riforma l-Ġdida, wieħed mill-akbar passi fl-istorja ta’ Andorra u tal-Consell General (il-Parlament ta’ Andorra), li kien jirrappreżenta bidla soċjali u politika fil-Prinċipalità ta’ Andorra. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: Diċembru 2016
Malta
Tema: Is-sehem tal-Malta Community Chest Fund fis-soċjetà
Deskrizzjoni: Din il-munita hija maħsuba biex tfakkar is-sehem tal-Malta Community Chest Fund fis-soċjetà Maltija permezz ta’ programm għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji bl-isem ‘Mit-Tfal b’Solidarjetà’. Dan il-programm jidentifika s-sehem soċjali tat-tfal f’ħames oqsma differenti, bl-ewwel tema tkun ‘Solidarjetà bl-Imħabba’. Id-disinn inħoloq minn Sarah Cilia, studenta tal-iskejjel sekondarji, li esprimiet din it-tema permezz ta’ par idejn li jiffurmaw għamla ta’ qalb li turi rappreżentazzjoni tal-bandiera Maltija. Taħt id-disinn hemm l-iskrizzjoni ‘MALTA 2016’. Żewġ rappreżentazzjonijiet stilizzati tal-ġisem uman huma ddisinjati fuq il-polz tax-xellug u tnejn fuq il-polz tal-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 380,000 munita
Volum tal-ħruġ: Novembru 2016
Il-Latvia
Tema: Vidzeme
Deskrizzjoni: Id-disinni juri l-istemma araldika tar-reġjun storiku tal-Latvja – Vidzeme jew Livland. Fin-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LATVIJA’ u fin-naħa ta’ isfel l-iskrizzjoni ‘VIDZEME’. Fuq in-naħa tal-lemin tidher is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 030 000 munita
Volum tal-ħruġ: Novembru 2016
Franza
Tema: François Mitterrand
Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-profil ta’ François Mitterand qiegħed jirrifletti. Fil-ġenb mal-lemin jidher is-simbolu personali tiegħu, siġra nofsha tal-ballut u nofsha taż-żebbuġ. Max-xellug hemm id-dati taċ-ċentinarju tat-twelid tiegħu (‘1916’ u ‘2016’) filwaqt li ismu jidher fuq f’nofs tond. L-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita “RF” tinsab fin-naħa t’isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 10 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2016
Il-Vatikan
Tema: Il-Ġublew tal-Ħniena
Deskrizzjoni: In-naħa nazzjonali turi lil San Martin ta’ Tours qiegħed jaqsam il-mantar tiegħu ma’ raġel fqir. Ix-xbieha hija mdawra bl-iskrizzjonijiet ‘GIUBILEO DELLA MISERICORDIA’ (Ġublew tal-Ħniena) fuq ix-xellug u ‘CITTÀ DEL VATICANO’ fuq il-lemin, it-tnejn f’nofs tond. Fuq il-lemin hemm ukoll is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita u isfel hemm il-marka taz-zekka ‘R’ u l-isem tal-artist ‘M. Crisciotti’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 105 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2016
Il-Finlandja
Tema: Il-100 anniversarju tat-twelid tal-filosfu Georg Henrik von Wright
Deskrizzjoni: Fin-naħa ta’ ġewwa tal-munita, lejn il-lemin, tidher xbieha ta’ kolonna Dorika antika u fuq ix-xellug fergħa tal-ballut. L-iskrizzjoni ‘GEORG HENRIK VON WRIGHT’ tinsab f’nofs tond mix-xellug għal-lemin fin-naħa t’isfel filwaqt li s-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita tinsab fin-naħa ta’ fuq lejn il-lemin. Fin-naħa ta’ fuq lejn ix-xellug hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘FI’ u l-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Ottubru 2016
San Marino
Tema: L-400 anniversarju tal-mewt ta’ William Shakespeare
Deskrizzjoni: Id-disinn ewlieni juri xbieha ta’ wiċċ il-poeta. Fuq il-lemin f’nofs tond jidhru d-dati ‘1616-2016’ u isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘San Marino’ filwaqt li isfel fuq il-lemin hemm l-inizjali tal-artist ‘MB’. Fuq ix-xellug f’nofs tond tidher l-iskrizzjoni ‘William Shakespeare’ u isfel fuq ix-xellug hemm il-marka taz-zekka ‘R’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: Settembru 2016
Malta
Tema: It-tempji tal-Ġgantija
Deskrizzjoni: Deskrizzjoni: Il-munita turi t-Tempji tal-Ġgantija li jinsabu fil-gżira ta’ Għawdex. Il-Ġgantija hija kumpless ta’ tempji megalitiċi li jmur lura għaż-żminijiet Neolitiċi. Hija waħda mill-eqdem strutturi bla appoġġ fid-dinja kif ukoll waħda mill-eqdem strutturi reliġjużi. Il-Ġgantija, li nbniet bejn wieħed u ieħor fis-seklu 36 qabel Kristu, hija eqdem minn Stonehenge u mill-Piramidi tal-Eġittu. Fil-parti ta’ fuq mal-lemin hemm l-iskrizzjoni ‘ĠGANTIJA TEMPLES’ u taħtha s-snin ‘3600-3200 BC’. Fil-parti t’isfel lejn ix-xellug jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘MALTA’ u taħtu s-sena meta ħarġet ‘2016’ bejn il-marka tal-mastru taz-zekka u l-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 350 000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2016
Il-Portugall
Tema: Il-50 sena tal-ewwel pont li għaqqad iż-żewġt ixtut tax-Xmara Tejo
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha tal-pont. Fin-naħa ta’ fuq mal-lemin hemm l-iskrizzjoni ‘PORTUGAL’. Fin-naħa t’isfel mal-lemin hemm l-iskrizzjonijiet ‘PONTE’, ‘25 DE ABRIL’, ‘1966’ u ‘2016’, waħda taħt l-oħra. Fin-naħa t’isfel max-xellug hemm il-marka taz-zekka ‘INCM’ u fin-nofs jidher isem id-disinjatur ‘JOSÉ AURÉLIO’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500,000 munita
Volum tal-ħruġ: Lulju 2016
Il-Litwanja
Tema: Il-kultura Baltika
Deskrizzjoni: Id-disinn juri ħaġra tonda u ċatta tal-ambra, waħda mis-simboli karatteristiċi tal-kultura Baltika. Il-ħaġra hija mżejna b’salib trasversali ta’ tikek imtaqqbin, ornament li jissimbolizza l-assi tad-dinja. Fil-parti ta’ fuq tal-munita jidher isem il-pajjiż li ħariġha ‘LIETUVA’ (Litwanja) bejn il-marka taz-zekka u s-sena ‘2016’ meta ħarġet. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Mejju 2016
Il-Belt tal-Vatikan
Tema: Il-200 anniversarju tal-Gwardja tal-Vatikan
Deskrizzjoni: In-naħa nazzjonali turi membru tal-Gwardja tal-Vatikan fuq il-lemin u l-Koppla tal-Bażilika ta’ San Pietru fuq ix-xellug. Fin-naħa ta’ fuq f’nofs tond hemm l-iskrizzjoni ‘CORPO DELLA GENDARMERIA 1816-2016’ (Korp tal-Pulizija 1816-2016). Isfel f’nofs tond hemm isem l-istat li ħareġ il-munita ‘CITTÀ DEL VATICANO’. Il-marka taz-zekka ‘R’ tidher fuq ix-xellug tax-xbieha ewlenija u isem id-disinjatur ‘D. LONGO’ jidher fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 105 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2016
Il-Latvia
Tema: L-industrija agrikola fil-Latvja
Deskrizzjoni: Id-disinn juri baqra kannella Latvjana, waħda mis-simboli tal-industrija Latvjana tal-prodotti tal-ħalib, kemm fil-folklor kif ukoll fil-ħajja reali. Taħt ix-xbieha fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni tas-sena meta ħarġet il-munita ‘2016’ u isfel max-xifer taċ-ċirku ta’ ġewwa hemm isem il-pajjiż li ħariġha ‘LATVIJA’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 010 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2016
Monako
Tema: Il-150 anniversarju tat-twaqqif ta’ Monte Carlo minn Karlu III
Deskrizzjoni: Id-disinn ewlieni juri lil KARLU III filwaqt li fl-isfond fuq ix-xellug jidher MONTE CARLO. Fin-naħa ta’ fuq tal-munita jidher isem il-pajjiż li ħariġha ‘MONACO’ bejn il-marka taz-zekka u l-marka tal-mastru taz-zekka. Isfel f’nofs tond mix-xellug għal-lemin hemm l-iskrizzjoni ‘1866 CHARLES III FONDE MONTE CARLO 2016’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 15 000 munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2016
Is-Slovenja
Tema: Il-25 anniversarju tal-indipendenza tar-Repubblika tas-Slovenja
Deskrizzjoni: Fuq il-parti tax-xellug taċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita tgħaddi linja f’pożizzjoni oblikwa. Fuq il-lemin tagħha fil-parti ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni ‘25 LET’ u taħtha l-iskrizzjoni ‘REPUBLIKA SLOVENIJA’. Taħt dawn l-iskrizzjonijiet hemm il-kliem ‘dočákat’ dan’, parti mill-innu nazzjonali Sloven ‘Zdravljica’ fil-kitba oriġinali tal-poeta Prešeren. Fin-naħa t’isfel max-xifer ta’ ġewwa hemm is-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Ġunju 2016
Il-Belġju
Tema: Il-Jum Dinji tat-Tfal Neqsin
Deskrizzjoni: Fin-nofs tal-munita tidher xbieha b’wiċċ ta’ tifel imdawra bil-kliem ‘MISSING-DISPARU-VERMIST’, ‘WWW.CHILDFOCUS.BE’ u l-indikazzjoni tan-nazzjonalità bi tliet lingwi ‘BELGIQUE-BELGIE-BELGIEN’ segwiti bis-sena 2016. Il-marka taz-zekka ta’ Brussell (profil tal-arkanġlu Mikiel liebes l-elmu) u l-marka tal-mastru taz-zekka jinsabu fuq ix-xellug u l-lemin tal-wiċċ rispettivament. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 020 000 munita
Volum tal-ħruġ: Mejju 2016
Il-Finlandja
Tema: Il-kittieb u l-poeta liriku Eino Leino
Deskrizzjoni: Fil-parti ta’ ġewwa tal-munita hemm xbieha ta’ fjamma u seffud tan-nar jipponta ’l fuq lejn il-lemin. L-iskrizzjoni ‘Eino Leino’ f’nofs tond u s-sena ‘2016’ meta ħarġet il-munita jidhru fuq il-lemin. Isfel fuq ix-xellug hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘FI’ u l-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: April 2016
San Marino
Tema: Il-550 anniversarju tal-mewt ta’ Donatello
Deskrizzjoni: Id-disinn juri, fuq quddiem fin-naħa tax-xellug, xbieha ta’ wiċċ David, dettall tal-iskultura fil-bronż li għamel Donatello. Fuq fin-nofs hemm il-marka taz-zekka ‘R’ u mal-ġenb fuq il-lemin jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘SAN MARINO’.In-naħa ta’ isfel fuq il-lemin jidhru l-iskrizzjoni ‘DONATELLO’ u d-dati ‘1466-2016’ filwaqt li fin-nofs isfel nett jidhru l-inizjali tal-artist ‘MB’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 85,000 munita
Volum tal-ħruġ: April 2016
Il-Portugall
Tema: Il-parteċipazzjoni tal-iskwadra Portugiża fil-Logħob Olimpiku 2016 ta’ Rio
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha msejsa fuq ix-xogħol artistiku magħruf ‘Qalb ta’ Viana’, iffirmat mill-awtriċi Joana Vasconcelos u ispirat mill-ġojjellerija tradizzjonali tat-tramuntana tal-Portugall (l-inħawi madwar il-belt ta’ Viana do Castelo). Jissimbolizza l-appoġġ tal-poplu Portugiż għall-iskwadra nazzjonali fl-okkażjoni tal-Logħob Olimpiku. Fuq ix-xellug u fuq il-lemin f’nofs ċirku jidhru l-iskrizzjonijiet ‘JOANA VASCONCELOS’ u ‘EQUIPA OLÍMPICA DE PORTUGAL 2016’ (Skwadra Olimpika tal-Portugall 2016) rispettivament. Fin-naħa t’isfel tidher il-marka taz-zekka ‘INCM’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 650,000 munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2016
L-Italja
Tema: Il-550 anniversarju tal-mewt ta’ Donatello
Deskrizzjoni: Ix-xbieha ewlenija hija l-profil ta’ ras David ta’ Donatello, dettall tal-iskultura tal-bronż li tinsab fil-Mużew Nazzjonali Bargello ta’ Firenze. Fuq ix-xellug hemm il-monogramma tar-Repubblika Taljana ‘RI’ u taħt fuq żewġ linji jidhru d-dati ‘1466’ u ‘2016’. Fuq il-lemin jidhru l-inizjali ‘C.M.’ tal-awtriċi Claudia Mormoni u taħthom l-isem ‘DONATELLO’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1.5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2016
L-Italja
Tema: L-2,200 anniversarju tal-mewt ta’ Tito Maccio Plauto
Deskrizzjoni: Il-munita turi maskri teatrali li jirrappreżentaw żewġ karattri tal-Kummiedja l-Ġdida, mara żagħżugħa u lsir, minn mużajk tat-tieni seklu wara Kristu li jinsab fil-Mużewijiet Kapitolini ta’ Ruma. Mad-dawra ta’ fuq hemm pjanta tal-bini ta’ teatru Ruman u l-monogramma tar-Repubblika Taljana ‘RI’. Fuq ix-xellug tidher il-marka taz-zekka ‘R’ u fuq il-lemin l-inizjali ‘LDS’ tal-awtriċi Luciana De Simoni, filwaqt li d-dati ‘184 A.C.’ u ‘2016’ u l-isem ‘PLAUTO’ jinsabu fin-naħa t’isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1,5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2016
Il-Belġju
Tema: Il-Logħob Olimpiku
Deskrizzjoni: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi, minn fuq għal isfel, xbieha stilizzata, il-ħames ċrieki Olimpiċi u l-iskrizzjoni ‘TEAM BELGIUM’. Is-sena ‘2016’ tidher fuq in-naħa tax-xellug. Il-kodiċi tal-pajjiż ‘BE’ jinsab fuq in-naħa tal-lemin bejn il-marka taz-zekka ta’ Brussell (profil tal-arkanġlu Mikiel liebes l-elmu) u l-marka tal-firma tal-Mastru taz-Zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 375,000 munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2016
Is-Slovakkja
Tema: L-ewwel Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Deskrizzjoni: Id-disinn huwa ċċentrat fuq l-istemma araldika tar-Repubblika Slovakka, li tidher fuq sfond ta’ linji ċentripetali dinamiċi li jirrappreżentaw il-pożizzjoni u l-importanza tar-Repubblika Slovakka matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Is-sena ‘2016’ tinsab fuq il-lemin tal-istemma araldika. Madwar ix-xifer taċ-ċirku ta’ ġewwa hemm l-isem tal-pajjiż ‘SLOVENSKO’ (Slovakkja) u l-iskrizzjoni ‘PREDSEDNÍCTVO SR V RADE EÚ’ (Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-UE) mifrudin b’simboli grafiċi. Il-marka taz-Zekka ta’ Kremnica, magħmula mill-ittri ‘MK’ bejn żewġ dadi, u l-inizjali stilizzati ‘VP’ tad-disinjatur tan-naħa nazzjonali Vladimír Pavlica jinsabu fil-parti t’isfel tal-kompożizzjoni. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Marzu 2016
Il-Lussemburgu
Tema: Il-50 anniversarju tal-Pont Gran Dukessa Charlotte
Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-Pont Gran Dukessa Charlotte, li huwa l-infrastruttura ewlenija li tgħaqqad iċ-ċentru tal-Belt tal-Lussemburgu mal-kwartier urban ta’ Kirchberg, fejn jinsabu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. L-isem tal-pont bil-Franċiż, ‘Pont Grande-Duchesse Charlotte’, jinsab minqux fuq ix-xbieha tal-pont u eżatt taħt dan il-kliem tidher is-sena ‘1966’. Fin-naħa ta’ fuq tad-disinn hemm xbieha ta’ wiċċ il-Gran Duka Henri tal-Lussemburgu u fuq ix-xellug tidher is-sena meta ħarġet il-munita ‘2016’. Fin-naħa t’isfel jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LUXEMBOURG’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita
Data tal-ħruġ: l-ewwel trimestru tal-2016
Il-Ġermanja
Tema: Is-Sassonja, (sensiela Stati Federali)
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha tal-Palazz Zwinger li jinsab fi Dresden u huwa magħruf mad-dinja kollha. Il-veduta turi l-bitħa ta’ ġewwa li tagħti fuq il-Bieb tal-Kuruna. Fid-disinn jidhru wkoll isem ir-reġjun ‘SACHSEN’ (Sassonja) u l-kodiċi tal-pajjiż ‘D’ fin-naħa t’isfel, filwaqt li l-marka taz-zekka rispettiva (‘A’, ‘D’, ‘F’, ‘G’ jew ‘J’) u l-marka tal-inċiżur (l-inizjali ‘JT’ għal Jordi Truxa) jinsabu mal-lemin fuq u s-sena ‘2016’ max-xellug fuq. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Frar 2016
Spanja
Tema: Is-Siti tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-Unesco – Segovia
Deskrizzjoni: Ix-xbieha ewlenija tad-disinn turi l-akkwedott ta’ Segovia. Fin-naħa ta’ fuq taċ-ċirku ta’ ġewwa miktub fit-tond hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘ESPAÑA’ u taħtu hemm is-sena ‘2016’ meta ħarġet. Fuq in-naħa tal-lemin tidher il-marka taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 8 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Frar 2016
L-Awstrija
Tema: Il-200 sena tal-Oesterreichische Nationalbank
Deskrizzjoni: Id-disinn juri riljiev minqux b’żewġ allat tal-mitoloġija Rumana li jinsabu fid-daħla tal-bini ewlieni tal-Oesterreichische Nationalbank (OeNB). Fuq ix-xellug hemm Merkurju, il-messaġġier tal-allat u l-alla tan-negozjanti u l-kummerċ, filwaqt li fuq il-lemin tidher Fortuna, l-alla mara tad-destin u l-prosperità li hija raffigurata bil-qarn tal-ġid. Id-dettall fl-isfond, mit-tarf tax-xellug sat-tarf tal-lemin fiċ-ċirku ta’ ġewwa, juri l-bini ewlieni tal-OeNB. Faxxa ornamentali li ddur man-naħa t’isfel tax-xifer ta’ ġewwa tal-munita tfakkar fid-disinn aħmar-abjad-aħmar tal-bandiera nazzjonali Awstrijaka, b’linji vertikali paralleli li jissimbolizzaw il-kulur aħmar, kif stipulat fir-regoli tad-disinn araldiku. Is-snin ‘1816’ u ‘2016’ fuq ix-xellug ta’ Merkurju jirreferu għas-sena meta twaqqaf l-OeNB u għall-biċentinarju tiegħu. L-iskrizzjonijiet li jduru max-xifer taċ-ċirku ta’ ġewwa minn lewn id-deheb huma ‘Republik Österreich’ (Repubblika tal-Awstrija) u ‘200 Jahre Oesterreichische Nationalbank’ (200 sena tal-Bank Nazzjonali tal-Awstrija). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 16 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2016
Franza
Tema: Il-Kampjonat Ewropew tal-UEFA 2016
Deskrizzjoni: Il-Kampjonat Ewropew tal-UEFA, il-kompetizzjoni ewlenija tal-futbol għan-nazzjonijiet Ewropej magħrufa fil-qosor bħala ‘Euro’, ilu jsir kull erba’ snin sa mill-1960, seħħ fi Franza bejn l-10 ta’ Ġunju sal-10 ta’ Lulju 2016. Din is-sena mess lil Franza torganizza l-Euro 2016 bejn l-10 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju. L-Euro 2016, il-15-il edizzjoni tal-kompetizzjoni, ġiet organizzata mill-Għaqda Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA) u laqqgħet l-aqwa timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġiel fl-Ewropa. Id-disinn tal-munita għandu t-Tazza Henri Delaunay f'nofs mappa ġenerali ta’ Franza, flimkien maż-żewġ marki taż-Zekka ta' Pariġi. L-ittri ‘RF’ għal République Française (Repubblika Franċiża) jinsabu fuq il-lemin tal-mappa filwaqt li l-isem tal-kompetizzjoni ‘UEFA EURO 2016 FRANCE’ jinsab ’il fuq minnha. Fin-nofs taħt il-mappa jispikka l-protagonista – ballun tal-futbol. Fl-isfond jidhru elementi grafiċi li jirrappreżentaw il-kompetizzjoni. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 10 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2016
L-Estonja
Tema: Il-100 anniversarju tat-twelid ta’ Paul Keres, il-granmastru taċ-ċess magħruf Estonjan
Deskrizzjoni: Il-munita turi xbieha tal-profil tal-plejer kbir Estonjan taċ-ċess Paul Keres u xi biċċiet taċ-ċess. Fin-naħa ta’ fuq max-xellug f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni ‘PAUL KERES’.Eżatt taħtha jidher l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘EESTI’ (Estonja) u fil-linja ta’ taħt hemm is-sena ‘2016’ meta ħarġet. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 500,000 munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2016
L-Irlanda
Tema: Il-100 sena mill-Irvellijiet tal-Għid tal-1916 fl-Irlanda
Deskrizzjoni: Id-disinn juri xbieha tal-istatwa ta’ Ibernja li tinsab fil-quċċata tal-bini tal-Uffiċċju tal-Posta Ġenerali. Il-qbid ta’ dan il-bini fl-1916 ta bidu għall-irvellijiet tal-Għid. Hija wieħed mis-simboli tal-Irlanda. Isimha ttieħed mill-isem li bih kienet magħrufa l-Irlanda fi żmien il-Ġreċja l-Antika u l-forma tagħha nħadmet mill-iskultur John Smyth. Hija titqies xhud tal-ġrajjiet tal-1916 u f’dawn l-aħħar mitt sena rat lin-nazzjon jieħu r-ruħ quddiem għajnejha skont l-ideali li jissemmew fil-Proklama. Ibernja tibqa’ tħares ’il quddiem u hija simbolu tal-imgħoddi, il-preżent u l-ġejjieni tal-pajjiż. Fin-naħa ta’ fuq fiċ-ċirku ta’ ġewwa tidher l-iskrizzjoni ‘HIBERNIA’ b’ittri miktubin bl-id imnebbħin mill-ktieb storiku magħruf bħala Book of Kells. Ir-raġġi tax-xemx jirriflettu sew il-kunċett bażiku tal-Irvellijiet u l-Proklamazzjoni, jiġifieri s-sebħ ta’ nazzjon li sar repubblika ġdida. Fuq kull naħa tax-xbieha tal-istatwa hemm is-snin ‘1916’ u ‘2016’. Fin-naħa t’isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa jidher isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘éire’ (Irlanda) u taħtu hemm is-sena meta ħarġet ‘2016’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 4.5 miljun munita
Volum tal-ħruġ: Jannar 2016