Informazzjoni prattika

Nota għall-viżitaturi

  • Ġib prova valida tal-identità u żommha lesta meta tidħol fis-sit. Jekk jogħġbok innota li huma aċċettati biss karti tal-identità jew passaporti nazzjonali; liċenzji tas-sewqan, karti tal-identità tal-istudenti jew ta' kumpaniji u permessi ta' residenza mhumiex biżżejjed biex tingħata aċċess għall-bini tal-BĊE.
  • Ħalli biżżejjed ħin għall-kontroll tas-sigurtà obbligatorju li kull viżitatur irid jgħaddi minnu. Jaf ikollok tistenna aktar fil-ħinijiet meta jkun hemm l-aktar viżitaturi, bħal figħodu.
  • Kun af li armi, oġġetti perikolużi oħrajn u sustanzi li jagħmlu ħsara mhumiex permessi fil-bini tal-BĊE.
  • Sabiex tħaffef il-proċess ta' kontroll tal-aċċess, iġġibx bagalji żejda miegħek.
  • Kun af li l-membri tal-istaff tal-BĊE ma jistgħux jaċċettaw rigali skont il-Qafas tal-Etika tal-BĊE, għaldaqstant jekk jogħġbok iġġibx rigali miegħek meta żżurna.
  • Ara li ma tħalli ebda oġġett personali jew bagalji weħidhom. Għandna lockers fejn tista' tħalli l-bagalji tiegħek temporanjament matul iż-żjarat.
  • Segwi l-istruzzjonijiet kollha mill-persunal ta' sigurtà.

Parkeġġ

Nirrakkomandaw bis-saħħa li l-viżitaturi jużaw it-trasport pubbliku meta dan ikun possibbli, peress li l-parkeġġ fl-inħawi huwa limitat. Għal gruppi kbar, hemm xi spazji taʼ parkeġġ għall-buses u l-coaches maġenb id-daħla ewlenija. Jekk tixtieq tirriżerva wieħed minn dawn l-ispazji ta' parkeġġ, jekk jogħġbok speċifika dan meta tirriżerva ż-żjara tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li ma nistgħux niggarantixxu li nkunu nistgħu nilqgħu t-talba tiegħek. Barra minn hekk, mhuwiex posibbli li tipparkja l-karozza tiegħek fil-parkeġġ tal-BĊE.

Emerġenzi u evakwazzjoni

  • F'każ ta' emerġenza, jekk jogħġbok ċempel 111 minn kwalunkwe telefown tal-BĊE jew ikkuntattja lil kwalunkwe membru tas-Sigurtà tal-BĊE.
  • Kull meta tisma' avviż pubbliku, oqgħod attent biex tifhem sew u segwi l-istruzzjonijiet tal-persunal ta' sigurtà.
  • Jekk tingħata struzzjonijiet biex tagħmel dan, oħroġ mill-bini. Żomm kalm, tiġrix u tmurx lura.
  • Segwi s-sinjali għar-rotot ta' ħruġ (sinjali li jixgħelu ħodor), li jidhru fil-livell tas-saqaf fil-kuruturi kollha.
  • Tużax il-lifts.
  • Ipproċedi lejn il-post speċifikat biex jinġemgħu n-nies. Terġax tidħol fil-bini sakemm ma tiġix mistieden biex tagħmel dan.

Politika ta' sorveljanza

Għal dettalji dwar l-użu ta' CCTV fil-bini tal-BĊE jekk jogħġbok irreferi għall-politika tagħna ta' sorveljanza bil-vidjow.