Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Lulju 2022

X’iddeċidejna?

Għollejna r-rati tal-imgħax b'0.5 punti perċentwali

Dan huwa pass ieħor fiin-normalizzazzjoni tal-politika monetarja tagħna. Se jkun hemm żidiet oħra fir-rati. Dan se jiddependi fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw. Iż-żidiet fir-rati se jgħinu biex l-inflazzjoni terġa’ lura għall-mira tagħna ta’ 2%.

Qbilna fuq strument ġdid biex niżguraw li l-politika tagħna tasal bla xkiel fiż-żona tal-euro kollha

Se jkun parti mis-sett ta’ għodod tagħna u jista’ jiġi attivat biex iwarrab id-diżordni fis-suq finanzjarju li jista’ jfixkel serjament il-mod kif il-politika monetarja tagħna tilħaq lin-nies u n-negozji madwar il-pajjiżi taż-żona tal-euro.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

L-inflazzjoni se tibqa’ għolja fil-futur qrib.

Il-prezzijiet tal-enerġija għoljin ħafna għadhom ir-raġuni ewlenija għal dan. Iżda l-konġestjonijiet fil-provvista, id-domanda għolja u rata tal-kambju aktar baxxa wkoll qed iżidu l-inflazzjoni. Il-prezzijiet qed jogħlew f'ħafna partijiet tal-ekonomija.

L-ekonomija qed tikber iżjed bil-mod...

Dan minħabba inflazzjoni għolja, inċertezza akbar u l-problemi li d-ditti qed jiffaċċjaw biex jiksbu l-provvisti. Dawn il-fatturi jħaffu b'mod sinifikanti l-prospetti għall-ekonomija tagħna għal din is-sena u lil hinn.

… imma l-effetti qed jittaffew għax in-nies għadhom qed jonfqu

L-ekonomija qed tiftaħ mill-ġdid u n-nies jerġgħu jivvjaġġaw. Numru rekord ta’ nies għandhom impjieg u jistgħu jużaw it-tfaddil li għamlu matul il-pandemija. Il-politiki tal-gvernijiet qed jgħinu wkoll.

Is-self qed ikun aktar għoli għad-ditti u l-unitajiet domestiċi

Ir-rati tal-imgħax fuq is-self qed jiżdiedu gradwalment, b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi. Il-banek huma wkoll aktar kawti meta jagħtu self minħabba li l-klijenti tagħhom jiffaċċjaw riskji akbar.

ARA WKOLL

Ara d-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?