Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tas-26 ta' Awwissu 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Awwissu 2005 il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 167 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal-EUR 87.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 527.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 12 biljun għal EUR 73.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra mill-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 7 biljun għal EUR 400 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 303 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 310 biljun .
Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 150.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 137,829 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 159,500 | −390 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 20,069 | −159 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
139,431 | −231 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 21,601 | −25 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,548 | −22 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 9,548 | −22 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 400,031 | 7,001 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 310,002 | 7,001 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 89,998 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −4 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 31 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,221 | −81 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 87,582 | 1,308 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,750 | −3 | |
9 | Assi oħra | 132,208 | 377 | |
Assi Totali | 992,270 | 8,165 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 527,710 | −4,764 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 150,358 | 864 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 150,331 | 851 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 27 | 13 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 127 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,399 | 11,866 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 73,425 | 11,995 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,974 | −129 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,304 | 45 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 224 | −156 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,980 | −115 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,980 | −115 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,896 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 58,684 | 424 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 92,292 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,296 | 1 | |
Total tal-passiv | 992,270 | 8,165 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja