Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 11 ta’ Diċembru 2019

Il-BĊE jadotta opinjoni dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv

  • Il-Kunsill Governattiv ma għandu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidata proposta Isabel Schnabel

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidata proposta, Isabel Schnabel, li hija persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-Sinjura Schnabel bħalissa sservi bħala membru tal-Kunsill Ġermaniż ta’ Esperti fl-Ekonomija u hija professur għall-ekonomija finanzjarja fl-Università ta’ Bonn.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-membru l-ġdid tal-Bord Eżekuttiv ser tinħatar mill-Kunsill Ewropew. L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li ser tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ser tkun disponibbli fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Is-sinjura Schnabel ser isservi mandat li ma jiġġedditx ta’ tmien snin, wara Sabine Lautenschläger, li rriżenjat mill-pożizzjoni tagħha b’effett mill-31 ta’ Ottubru 2019.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja