Aġġustamenti fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE minħabba t-tkabbir tal-UE
Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ħabbar l-aġġustamenti fl-iskema tal-kapital tiegħu u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Bi qbil mal-Artikolu 29 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-sehem tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE huwa ppeżat skont is-sehem tal-Istat Membru rispettiv mit-total tal-popolazzjoni u tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea, fi proporzjon indaqs, kif notifikat lill-BĊE mill-Kummissjoni Ewropea. Il-piżijiet jiġu aġġustati kull ħames snin jew kull meta jissieħeb Stat Membru ġdid fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk illum sar tibdil fl-iskema tal-kapital tal-BĊE minħabba li l-Kroazja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u l-bank ċentrali nazzjonali tagħha, Hrvatska narodna banka, sar membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).
Bi qbil mal-Artikolu 48.3 tal-Istatut, il-kapital sottoskritt tal-BĊE jiżdied awtomatikament meta pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-bank ċentrali nazzjonali tiegħu jsir membru tas-SEBĊ. Iż-żieda tiġi determinata billi jiġi multiplikat l-ammont attwali tal-kapital sottoskritt (i.e. EUR 10,760,652,402.58) bil-proporzjon, fl-iskema estiża tal-kapital, bejn il-piż tal-bank ċentrali nazzjonali li jkun qiegħed jissieħeb u l-piż tal-banek ċentrali nazzjonali li jkunu diġà membri. Għalhekk, mil-lum il-kapital sottoskritt tal-BĊE żdied għal EUR 10,825,007,069.61.
Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema jridu jħallsu l-ammont sħiħ tal-kapital sottoskritt tagħhom. Il-11-il bank ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro (fosthom Hrvatska narodna banka) iridu jħallsu perċentwali żgħir mis-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE (li mid-29 ta’ Diċembru 2010 huwa ta’ 3.75%) bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. L-ishma l-ġodda tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE jidhru hawn taħt.
Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-BĊE jinsabu fil-websajt tal-BĊE u iżjed ’il quddiem se jixxandru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) mill-1 ta’ Jannar 2009 | Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) mill-1 ta’ Lulju 2013 | Sehem sottoskritt tal-kapital (EUR) mill-1 ta’ Lulju 2013 | Kapital imħallas (EUR) mill-1 ta’ Lulju 2013 | |
Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique | 2.4256 | 2.4176 | 261,705,370.91 | 261,705,370.91 |
Deutsche Bundesbank | 18.9373 | 18.7603 | 2,030,803,801.28 | 2,030,803,801.28 |
Eesti Pank | 0.1790 | 0.1780 | 19,268,512.58 | 19,268,512.58 |
Banc Ceannais na hÉireann / Central Bank of Ireland | 1.1107 | 1.1111 | 120,276,653.55 | 120,276,653.55 |
Bank of Greece | 1.9649 | 1.9483 | 210,903,612.74 | 210,903,612.74 |
Banco de España | 8.3040 | 8.2533 | 893,420,308.48 | 893,420,308.48 |
Banque de France | 14.2212 | 14.1342 | 1,530,028,149.23 | 1,530,028,149.23 |
Banca d’Italia | 12.4966 | 12.4570 | 1,348,471,130.66 | 1,348,471,130.66 |
Central Bank of Cyprus | 0.1369 | 0.1333 | 14,429,734.42 | 14,429,734.42 |
Banque centrale du Luxembourg | 0.1747 | 0.1739 | 18,824,687.29 | 18,824,687.29 |
Bank Ċentrali ta’ Malta | 0.0632 | 0.0635 | 6,873,879.49 | 6,873,879.49 |
De Nederlandsche Bank | 3.9882 | 3.9663 | 429,352,255.40 | 429,352,255.40 |
Oesterreichische Nationalbank | 1.9417 | 1.9370 | 209,680,386.94 | 209,680,386.94 |
Banco de Portugal | 1.7504 | 1.7636 | 190,909,824.68 | 190,909,824.68 |
Banka Slovenije | 0.3288 | 0.3270 | 35,397,773.12 | 35,397,773.12 |
Národná banka Slovenska | 0.6934 | 0.6881 | 74,486,873.65 | 74,486,873.65 |
Suomen Pankki – Finlands Bank | 1.2539 | 1.2456 | 134,836,288.06 | 134,836,288.06 |
Subtotal għall-grupp ta’ banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro | 69.9705 | 69.5581 | 7,529,669,242.49 | 7,529,669,242.49 |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija) | 0.8686 | 0.8644 | 93,571,361.11 | 3,508,926.04 |
Česká národní banka | 1.4472 | 1.4539 | 157,384,777.79 | 5,901,929.17 |
Danmarks Nationalbank | 1.4835 | 1.4754 | 159,712,154.31 | 5,989,205.79 |
Latvijas Banka | 0.2837 | 0.2742 | 29,682,169.38 | 1,113,081.35 |
Lietuvos bankas | 0.4256 | 0.4093 | 44,306,753.94 | 1,661,503.27 |
Magyar Nemzeti Bank | 1.3856 | 1.3740 | 148,735,597.14 | 5,577,584.89 |
Narodowy Bank Polski | 4.8954 | 4.8581 | 525,889,668.45 | 19,720,862.57 |
Banca Naţională a României | 2.4645 | 2.4449 | 264,660,597.84 | 9,924,772.42 |
Sveriges riksbank | 2.2582 | 2.2612 | 244,775,059.86 | 9,179,064.74 |
Bank of England | 14.5172 | 14.4320 | 1,562,265,020.29 | 58,584,938.26 |
Subtotal għall-grupp preċedenti ta’ banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro | 30.0295 | 29.8474 | 3,230,983,160.09 | 121,161,868.50 |
Hrvatska narodna banka | - | 0.5945 | 64,354,667.03 | 2,413,300.01 |
Subtotal għall-grupp ġdid ta’ banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro | 0 | 0.5945 | 64,354,667.03 | 2,413,300.01 |
Total [1] | 100.0000 | 100.0000 | 10,825,007,069.61 | 7,653,244,410.99 |
-
[1]Iċ-ċifri magħduda jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja