Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE Jilqa’ b’Merħba Lill-Istati Membri l-Ġodda ta’ l-UE

30 ta' April 2004

Għada, 1 ta’ Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea ser ikollha għaxar Stati Membri ġodda, u jiġfieri l- Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

F’isem il-Kunsill Governattiv, Is-Sur Jean-Claude Trichet, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), qal: “F’din l-okkażjoni storika, minn qalbna nilqgħu b’merħba lill-Istati Membri l-ġodda fl-Unjoni Ewropea u fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Minn għada, ser narrikkixxu lill-xulxin billi naqsmu l-wirt antik u l-esperjenzi Ewropej tagħna, kemm bhala membri kurrenti kif ukoll bhala membri ġodda. Nistennew bil-ħerqa li ntejbu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna mal-membri l-ġodda sabiex inkunu żguri illi niksbu l-għanijiet storiċi komuni tagħna b’mod effiċjenti u li jirnexxi.”

Minn għada, il-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri l-ġodda ser jintegraw ruħhom fis-SEBĊ u l-Gvernaturi rispettivi tagħhom ser isiru membri sħaħ tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Hekk ukoll, l-esperti tal-banek ċentrali nazzjonali fil-kumitati tas-SEBĊ ser ikollhom l-istatus ta’ membri sħaħ kull meta l-kumitati jiltaqgħu fil-livell tas-SEBĊ, jiġfieri, flimkien mal-banek ċentrali kollha ta’ l-UE. Il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali nazzjonali tal-għaxar Stati Membri l-ġodda u l-esperti tagħhom kienu qed jipparteċipaw fil-laqgħat rispettivi tal-Kunsill Ġenerali u fil-kumitati bhala osservaturi minn Ġunju ta’ l-2003.

L-Istati Membri l-Ġodda mhux ser jadottaw l-ewro immedjatament hekk kif jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. Dawn ser jagħmlu hekk biss meta jkunu ssodisfaw r-rekwiżiti stipulati fit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Għal kuntrarju tad-Danimarka u-Renju Unit, l-għaxar Stati Membri l-ġodda m’għandhomx id-dritt illi jibqgħu barra mill-munita unika.

Kemm il-BĊE kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ser iħejju rapporti dwar il-konverġenza kull sentejn jew kull meta jkun hemm talba li jsir dan minn xi Stat Membru “b’deroga”. Dawn ir-rapporti jipprovdu l-bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-UE dwar jekk l-Istat Membru in kwistjoni jissdosifax il-kondizzjonijiet neċessarji biex ikun jista’ jadotta l-ewro. L-ewwel rapport tal-BĊE dwar il-konverġenza li ser ikun jinkludi l-Istati Membri l-ġodda ser jiġi ppubblikat matul Ottubru ta’ l-2004.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja