Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Diċembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2011, iż-żieda ta’ EUR 3.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 9.3 biljun għal EUR 273.3 biljun. Din il-bidla kienet dovuta l-iżjed għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Minħabba trażazzjonijiet magħmulin mill-BĊE skont l-arranġamenti għall-provvediment tal-likwidità fis-seħħ mal-banek ċentrali barra ż-żona tal-euro, fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2011 kien hemm klejms pendenti fuq residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro (partita 4 tal-attiv) b’valur ta’ EUR 1.5 biljun.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 344.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 888.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 65.5 biljun.
Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li ser iżid il-kapital sottoskritt b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-pagamenti kapitali lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital ta’ €3.5 biljun fi tliet rati annwali. L-ewwel rata ta’ EUR 1.2 biljun tħallset fl-aħħar tal-2010, u t-tieni rata ta’ EUR 1.2 biljun imbagħad tħallset fit-28 ta’ Diċembru 2011. Dan il-ħlas wassal għal bilanċji intra-Eurosistema, imma billi dawn il-bilanċji dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess ta’ konsolidazzjoni, l-ebda bidla minħabba din iż-żieda kapitali ma tidher taħt kapital u riżervi (partita 12 tal-passiv) fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema. Madankollu, iż-żieda fil-kapital se tiġi riflessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE, li se jiġu ppubblikati f’Marzu 2012.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 18.3 biljun għal EUR 237.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 169 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 144.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 211 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-ammont ta’ EUR 211 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 6.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 413.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 411.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 273.9 biljun, minħabba l-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-30 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 211.9 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58.8 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.5 biljun għal EUR 223.5 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-31 ta’ Diċembru 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 1,216.864 kull uqija fina
USD: 1.2939 kull EUR
JPY: 100.20 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1867 kull DSK
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 423,458 | −1 | 3,636 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 244,621 | −246 | 8,041 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 85,655 | 0 | 2,142 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
158,966 | −246 | 5,899 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 98,226 | −338 | 3,210 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 25,355 | −620 | −7 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 25,355 | −620 | −7 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 863,568 | −15,562 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 144,755 | −24,269 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 703,894 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 14,823 | 8,692 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 97 | 16 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78,652 | −16,337 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 618,637 | 8,172 | −163 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 273,854 | 363 | 450 | |
7.2 | Titoli oħra | 344,783 | 7,808 | −613 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,926 | −2 | 0 | |
9 | Assi oħra | 349,184 | 7,733 | 4,877 | |
Assi Totali | 2,735,628 | −17,202 | 19,594 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 888,676 | −2,262 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 849,477 | −38,754 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 223,539 | −41,502 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 413,882 | 2,069 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 211,000 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1,056 | 679 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,423 | −957 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,603 | 2,071 | 2 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 65,467 | −561 | 1 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 14,137 | 2,632 | 1 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 156,873 | 24,669 | 26 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,566 | −698 | 206 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 9,027 | −40 | 437 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,027 | −40 | 437 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,942 | 0 | 1,456 | |
10 | Passiv ieħor | 213,521 | −1,231 | 6,705 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 394,031 | 0 | 10,754 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,489 | 1 | 7 | |
Total tal-passiv | 2,735,628 | −17,202 | 19,594 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja