Regoli dwar is-sostituzzjoni
Il-karti tal-flus ta’ l-euro li tkun saritilhom il-ħsara jew li jkunu mqabrin jew sfreġjati (per eżempju dawk parzjalment maħruqin, imqattajn jew immermrin) u li jkunu jissodisfaw ċerti kriterji jistgħu jiġu ssostitwiti b’oħrajn ġodda mill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona ta’ l-euro. Karti tal-flus ta’ l-euro li jkunu tqabru jew li tkun saritilhom il-ħsara intenzjonalment ma jiġux imsarrfa.
Bħala prinċipju, it-tisrif isir bla ħlas. Għall-karti tal-flus ta’ l-euro li tkun aċċidentalment saritilhom il-ħsara minn mezzi li jostakolaw is-serq, jiġi mitlub ħlas.
Għal iżjed dettalji, ara:
- Deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/10), ĠU L 118, 30.4.2013, pġ. 37, ENGLISHOTHER LANGUAGES (22) +
- Linja gwida tal-BĊE tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/11), ĠU L 118, 30.4.2013, pġ. 43, ENGLISHOTHER LANGUAGES (22) +
Għall-indirizz postali tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħek, jekk jogħġbok ara l-websajt tiegħu.