Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

25 ta’ Lulju 2019

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom jew jonqsu tal-inqas matul l-ewwel sitt xhur tal-2020, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta kontinwata tal-inflazzjoni għall-mira tiegħu matul perijodu ta’ żmien medju.

Il-Kunsill Governattiv fiħsiebu jkompli jinvesti mill-ġdid, għalkollox, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi nett għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ għal kemm ikun hemm bżonn biex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

Il-Kunsill Governattiv enfasizza wkoll il-ħtieġa għal pożizzjoni ta’ akkomodament għoli tal-politika monetarja għal perijodu estiż ta’ żmien, billi r-rati tal-inflazzjoni, kemm dawk imwettqa kif ukoll dawk ipproġettati, kienu persistentement taħt il-livelli li jikkonformaw ma’ din il-mira. Għaldaqstant, jekk il-prospetti tal-inflazzjoni fuq perijodu ta’ żmien medju jkomplu juru li din il-mira mhux ser tintlaħaq, il-Kunsill Governattiv huwa ddeterminat li jaġixxi, skont l-impenn tiegħu għal simetrija fil-mira tal-inflazzjoni. Għalhekk huwa lest li jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu, kif ikun xieraq, biex jiġi żgurat li l-inflazzjoni timxi lejn il-mira tiegħu b’mod sostnut.

F’dan il-kuntest, il-Kunsill Governattiv inkariga lill-Kumitati tal-Eurosistema rilevanti biex jeżaminaw l-għażliet, inklużi l-modi biex tissaħħaħ il-gwida bil-quddiem fuq ir-rati tal-politika tiegħu, miżuri ta’ mitigazzjoni, bħad-disinn ta’ sistema fi gradi għal remunerazzjoni ta’ riserva, u għażliet għad-daqs u l-kompożizzjoni ta’ xiri ta’ assi nett ġdid potenzjali.

Il-President tal-BĊE ser jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fis-14:30CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja